Lionel Messi jħabbar li rtira mit-team nazzjonali Arġentin

  • Ġun 27, 2016 00:51
  • Miktub minn iNews

    Aħbar "xokkanti" waslet ftit tal-ħin ilu hekk kif l-attakkant ta’ Barcelona, Lionel Messi, ħabbar li rtira mit-team nazzjonali tal-Arġentina.

    Din l-aħbar waslet wara ftit sigħat li l-Aġrentina sfaw megħluba miċ-Ċilí fil-finali tal-Copa America, bl-għoti tal-penalties wara li partita spiċċat fi draw ta’ 0-0. Din kienet it-tieni finali konsekuttiva li l-Arġentina tilfu f’din il-kopetizzjoni fi spazju ta’ sena. Sena ilu kienu tilfu wkoll kontra ċ-Ċilí, bl-għoti tal-penalties ukoll.

    “Għamilt dak kollu li stajt għat-team nazzjonali. Inweġġa’ ħafna meta nitlef xi finali. Għaldaqstant qed niddikjara li mhux se nilgħab aktar għat-team nazzjonali.”

    Messi, li għandu 29 sena, lagħab 112-il partita għall-Arġentina li fihom skorja 55 goal. Filwaqt li huwa rebaħ dak kollu li joffri l-livell ta’ clubs, inkluż ħames darbiet l-unur tal-Aħjar Player tad-Dinja, huwa qatt ma rnexxielu jirbaħ unur mal-Arġentina.

    L-akbar diżappunt għalih kienet it-telfa tat-Tazza tad-Dinja ta’ sentejn ilu meta, fil-Brażil, l-Arġentina sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 mill-Ġermanja, bil-goal jiġi skorjat fil-ħin barrani minn Mario Gotze.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook