Il-każ tat-tifel imġiegħel imur mal-prostituti: Tħassib dwar dewmien fil-ħruġ ta' care orders

  • Ġun 27, 2016 06:26
  • Miktub minn iNews
"

    L-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija tal-Foster Care esprimiet it-tħassib tagħha dwar dak li sejħet bħala tkaxkir tas-saqajn fil-ħruġ ta’ care orders f’każijiet serji ta’ abbuż ta’ tfal.

    B’referenza għall-każ ta’ tifel ta’ sitt snin li missieru kien qed iġiegħlu jieħu sehem f’atti sesswali ma’ prostituti u jesponih għall-abbuż tad-drogi, il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali huwa fid-dmir bil-liġi li joħroġ care order/ordni ta’ ħarsien b’mod immedjat. Każ serju bħal dan jistħoqqlu care order u mhux firma mill-ġenituri biex it-tifel jiddaħħal f’dar residenzjali, sostniet l-assoċjazzjoni fi stqarrija.

    L-assoċjazzjoni staqsiet: Ladarba l-Ministru jaf b’din is-sitwazzjoni, x’inhu jżommu milli joħroġ il-care order meta l-allegazzjonijiet huma tant serji? F’allegazzjonijiet serji bħal dawn il-Ministru huwa fid-dmir joħroġ care order malli jsiru magħrufa l-allegazzjonijiet biex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet mingħajr l-interferenza tal-ġenituri. Mingħajr il-care order, il-ġenituri jibqgħalhom id-drittijiet sħaħ fuq uliedhom u għalhekk it-tfal ma jkunux jistgħu jitħarsu b’mod sħiħ.

    L-assoċjazzjoni qalet li dan mhux l-ewwel każ fejn għalkemm l-allegat abbuż kien serju kien hemm dewmien jew il-care order baqgħet ma nħarġitx, bħal fil-każ fejn tifla ta’ disa' snin li kienet tissawwat regolarment minn misserha b’siġġu u b’ċintorin ittieħdet in care biss wara li ffirma missierha. L-assoċjazzjoni żiedet tgħid li s-Servizzi Soċjali kien ilhom is-snin jafu b’dan l-allegat abbuż u baqgħu ma ħadux azzjoni. Dan jikser bis-sħiħ kull dritt tat-tfal li jgħixu f’ambjent li jirrispettahom u ħieles mill-perikli u jmur kontra r-ratifiki ta’ diversi trattati dwar id-drtiitijiet tat-tfal li pajjiżna huwa firmatarju tagħhom.

    Fi stqarrija separata, l-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers ukoll esprimiet it-tħassib tagħha dwar dan il-każ u appellat biex f'każijiet bħal dawn tintwera sensittività fir-rapportaġġ mill-media billi s-sensazzjonaliżmu jwassal biss għal aktar kumplessitajiet.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0