Tifel ta' sitt snin iweġġa' gravi wara li ntlaqat minn karozza

  • Ġun 26, 2016 06:14
  • Miktub minn iNews

    Tifel ta' sitt snin weġġa' gravi meta lbieraħ filgħaxija ntlaqat minn karozza fil-Birgu.

    L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs f’Xatt ir-Risq, il-Birgu.

    Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ perliminari rriżulta li t-tifel kien intlaqat minn karozza tat-tip Skoda Felicia, misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mill-Fgura.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’natura gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla għadhom għaddejjin.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0