Aġġornat: Brexit: L-Ingliżi se jitilqu mill-UE... Cameron jirreżenja

  • Ġun 24, 2016 09:06
  • Miktub minn iNews

    10:54: Politiċi fi Franza u l-Olanda dalgħodu għamlu sejħa biex f'pajjiżhom ukoll isir referendum dwar jekk għandhomx jibqgħu fl-Unjoni Ewropea.

    Fl-Iskozja, il-Ministru Nicola Sturgeon qalet li l-Partit Nazzjonali Skoċċiż se jsejjaħ referendum ieħor indipendenti billi l-vot Skoċċiż wera biċ-ċar li l-Iskoċċiżi jaraw il-ġejjieni tagħhom bħala parti mill-Unjoni Ewropea.

    L-istess ħsieb ġie espress mix-Sinn Fein tal-Irlanda ta' Fuq.

    09:27: Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron għadu kemm ħabbar li se jirreżenja.

    09:20: Il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq s-sit soċjali Twitter qal li fid-dawl tar-riżultat li tħabbar dalgħodu dwar il-Brexit, il-Kabinett se jkun qed jiltaqa’ dalgħodu. Muscat qal li Malta hi lesta għal kull eventwalità u -Gvern hu lest li jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji fid-dawl ta' dak li jista' jiġri.

    8:10: Mill-aħħar aġġornamenti minn midja barranija, jidher li r-Renju Unit se jkun qed joħroġ mill-Unjoni Europea hekk kif l-istatistika turi li 52% vvotaw li l-pajjiż għandu jitlaq mill-UE filwaqt li 48% vvutaw li għandu jibqa'.

    L-Ingilterra u Wales kienu fost dawk bl-aktar voti favur li jitilqu mill-Unjoni Ewropea filwaqt li Londra, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq kellhom persentaġġ ogħla favur li jibqgħu fl-UE.

    Aktar qabel: Skont midja barranija bħall-BBC, The Telegraph, Sky News u ITV News, l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat tar-referendum fl-Ingilterra juru li l-poplu Ingliż ivvota li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

    L-indikazzjonijiet huma li 52% ivvotaw li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-UE filwaqt li 48% ivvotaw li għandu jibqa'. Madankollu r-riżultat uffiċjali għadu mhux magħruf.

    Il-Lira Sterlina diġà naqqset 8% fil-valur għall-aktar livell baxx f'dawn l-aħħar 31 sena, mal-aħbar ta' dawn l-indikazzjonijiet.

    L-Uffiċjal tal-Għadd tal-Voti, Jenny Watson, ħabbret li t-turnout f'dan ir-referendum, jiġifieri kemm nies ħarġu jivvotaw, kien wieħed rekord ta' 72.2%.

    Sadanittant, dalgħodu f'pajjiżna se jitlaqqa’ l-Kabinett li se jiddiskuti r-referendum li sar fir-Renju Unit dwar jekk dan il-pajjiż għandu jibqa’ membru fl-Unjoni Ewropea jew le. Il-Kabinett mistenni jiddiskuti r-riżultat tar-referendum. Kull ministeru għandu preparat dossiers ta’ x’se jkunu l-effetti fuq Malta, kemm negattivi u pożittivi. Fost l-effetti negattivi li l-aktar li sar insistenza fuqu hemm li l-kummerċ mar-Renju Unit jaqla’ daqqa ta’ ħarta.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook