Zaevion Dobson, player żagħżugħ tal-football Amerikan, safa maqtul meta kien qed jipproteġi żewġt ibniet waqt ġlieda li fiha ntużaw armi tan-nar. Huwa ser jingħata l-premju ta’ kuraġġ msejjaħ “Arthur Ashe”.
It-tfajjel ta’ 15-il sena huwa l-iżgħar persuna li rebaħ dan il-premju, li ilu jingħata sa mis-sena 1993. Il-premju jingħata lil individwi li jħaddnu l-ispirtu ta’ Arthur Ashe li ta ħajtu favur id-drittijiet umani.
Skond rapport tal-pulizija Dobson miet, fis-17 ta’ Diċembru li għadda, biex jipproteġi lil żewġt ibniet waqt sparatura.
Il-premju ser jingħata lil omm Zaevion, Zenobio, fit-13 ta’ Lulju li ġej, waqt ċerimonja f’Los Angeles.
“Ma hemmx ġurnata li ma nibkix it-telfa ta’ ibni. Iżda nħossni onorata li jien ommu. Ser nibqa’ nħobbu f’qalbi u minn mindu miet, inħossu aktar viċin tiegħi. Kuljum immur inżuru ċ-ċimiterju u nitkellem miegħu kuljum,” tenniet omm Zaevion.
Fis-snin preċedenti, Muhammad Ali, Dean Smith, Billie Jean King, Pat Summitt, Michael Sam, Caitlyn Jenner u l-passiġġiera tat-titijra United Flight 93, fil-11 ta’ Settembru, 2001, kienu r-rebbieħa ta’ dan il-premju.
Ma hemm l-ebda akbar att kuraġġuż għajr li wieħed jissagrifika ħajtu għal ħaddieħor.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.