Euro 2016 - Sorpriża mill-Ungerija

  • Ġun 23, 2016 00:39
  • Miktub minn iNews

    Il-fatt li l-Ungerija spiċċaw rebħu Grupp F waslet bħala sorpriża hekk kif il-Portguall mhux talli ddominaw dan il-grupp talli kellhom jikkuntentaw bit-tielet post.

    Id-draw ta’ 3-3 bejn dawn iż-żewġ timijiet, l-aktar li kkuntenta kien lill-Ungeriżi li temmew fil-quċċata.

    B’hekk, l-avversarji li jmiss tal-Ungerija huma l-Belġju filwaqt li l-Portugall se jkollhom konfront diffiċli meta jiltaqgħu kontra l-Kroazja.

    Il-coach tal-Ungerija Bernd Storck qal li: “Lagħbna ferm aħjar mill-ewwel żewġ logħbiet. Konna nafu li kienet ser tkun partita diffiċli, kontra team veru organizzat. Aħna ridna nattakkaw u niskorjaw anke jekk il-Portugall reġgħu daħlu fil-logħba u skorjawlna ... xorta waġda bqajna nattakkaw. Konna xi ftit fortunati wkoll, iżda rrid nifraħ lit-team li avvanza f’dan it-tournament.

    “Din hija ħolma għall-Ungerija kollha. Ninsab bla kliem. Il-partitarji kienu warajna matul l-ewwel żewġ logħbiet, iżda s-sapport tagħhom illum kien ħafna aħjar.”

    “Konna nafu li Cristiano Ronaldo hu player ta’ klassi mondjali. Huwa skorja fl-ewwel żewġ logħbiet ta’ Grupp F. It-team tiegħi qed jitgħallem minn kull logħba. Lgħabna kontra team ta’ livell għoli u t-team qed jissaħħaħ minn logħba għall-oħra f’dan it-tournament. Ninsab veru sodisfatt.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook