Sliema Wanderers jilħqu ftehim ma' John Buttigieg

  • Ġun 21, 2016 00:18
  • Miktub minn iNews

    Sliema Wanderers laħqu ftehim ma’ John Buttigieg biex imexxi lit-team għas-sentejn li ġejjin.

    Bla dubju, żgur li Buttigieg ma għandu bżonn tal-ebda ntroduzzjoni hekk kif rebaħ kull unur li toffri l-logħba domestika u llum jista’ jitqies bħala wieħed mill-aqwa difensuri li qatt lagħab fil-Kampjonat Malti.

    Huwa lagħab mat-tliet timijiet ta’ Sliema Wanderers, Floriana u Valletta fejn b’kollox lagħab 288 partita fl-ogħla diviżjoni u skorja 19-il goal … wara li għamel id-debutt nhar il-31 ta’ Ottubru, 1981, …. fl-etá ta’ 18-il sena u 26 ġurnata … fit-telfa ta’ 4-1 kontra Floriana, meta daħal bħala sostitut fil-post ta’ Tony “Ċiċinu” Tabone.

    Fil-karriera ta’ coach huwa mexxa lil Birkirkara għal 64 partita wara li għamel id-debutt, fl-10 ta’ Marzu, 2007, fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Sliema Wanderers.

    Imbagħad, huwa nħatar coach nazzjonali … bl-ewwel partita tkun dik ta’ ħbiberija ta’ nhar it-12 ta’ Awwissu, 2009, fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Georgia.

    Ir-resposabbiltá tat-team nazzjonali damet sal-11 ta’ Ottubru, 2011 … b’21 partita … bl-aħħar waħda tkun it-telfa ta’ 2-0 kontra l-Iżrael.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0