Euro 2016 - Wales jiktbu l-istorja

  • Ġun 20, 2016 23:18
  • Miktub minn iNews
"

    Grupp B

    RUSSJA …….0

    WALES ……..0

     

    Wales kitbu l-istorja fil-Kampjonat Ewropew meta rebħu Grupp B biex ikkwalifikaw għall-Aħħar 16 u għaldaqstant issa jilagħbu kontra wieħed mit-timijiet li jispiċċa fit-tielet post minn Gruppi A/C/D.

    Filwaqt li r-Russi ddiżap­puntaw bil-kbir meta ma kisbu l-ebda punt, Wales kien jimmeritahom din il-pożizzjoni għax kienu kollettivament konsistenti.

    Wales ma setgħux kellhom bidu aħjar meta fil-11-il minuta fetħu l-iskor meta Joe Allen seraq ballun f’nofs il-ground u għadda through- pass perfett lejn Aaron Ramsey li antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper Russu, Igor Akinfeev, billi xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Fl-20 minuta, Wales irduppjaw meta Ramsey re-baħ il-ballun fi tliet kwarti ta’ ground, għadda lejn Gareth Bale li kompla lejn Neil Taylor ... bl-ewwel tentattiv jiġi milqugħ parzjalment minn Akinfeev ... biex mir-rebound ma żbaljax.

    Dan il-goal kien ifisser li Wales saru l-aktar team li skorja matul l-ewwel taqsima f’dan it-tournament.

    Fis-27 minuta, waslet l-ewwel azzjoni denja tar-Russi li minnha kienu se jiskorjaw meta Ashley Williams ikkommetta żball fid-difiża biex Artem Dzyuba kien pront fajjar xutt li ġiegħel lill-goalkeeper ta’ Wales, Wayne Hennessey, iwettaq save kbir.

    Fil-31 minuta, Wales kienu għoddhom żiedu ieħor minn tentattiv ta’ Sam Vokes iżda Akinfeev ħareġ siequ u salva in extremis.

    Fis-56 minuta, kien il-midfielder, Dmitri Kombarov, li jagħmel il-ħsara fid-difiża avversarja iżda ġie antiċipat fil-ħin.

    Fis-67 minuta, Gareth Bale aċċerta r-rebħa għal Wales meta xeħet fix-xibka mill-pass ta’ Aaron Ramsey biex sar l-aħjar skorer tat-tournament, s’issa, bi tliet goals.

    Russja: Igor Akinfeev, Dmitri Kombarov, Sergei Ignashevich, Vasili Berezutski (Aleksei Berezutski 46), Igor Smolnikov, Denis Glushakov, Pavel Mamaev, Aleksandr Kokorin, Roman Shirokov (Aleksandr Golovin 52), Fedor Smolov (Aleksandr Samedov 70), Artem Dzyuba - Coach: Leonid Slutsky

    Wales: Wayne Hennessey, Neil Taylor, Ben Davies, Ashley Williams, James Chester, Chris Gunter, Aaron Ramsey, Joe Ledley (Andy King 76), Joe Allen (David Edwards 74), Sam Vokes, Gareth Bale (Simon Church 83) - Coach: Chris Coleman

    Referee: Jonas Eriksson (Svezja)

    Assistenti: Mathias Klasenius, Daniel Warnmark (Svezja)

    Raba’ Uffiċjal: Daniele Orsato (Italja)

    Skorers: A. Ramsey 11, N. Taylor 29, G. Bale 67 (W)

    Ammoniti: S. Vokes (W); P. Mamaev (R)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0