Euro 2016 - Ingilterra jispiċċaw fit-tieni post

  • Ġun 20, 2016 22:58
  • Miktub minn iNews
"

    Grupp B

    SLOVAKKJA ……….0

    INGILTERRA ……..…0

     

    Grupp B

    SLOVAKKJA ……..….0

    INGILTERRA ……..…0

     

    Għal darb’oħra, l-Ingilterra ddiżappuntaw hekk kif setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra s-Slovakkja biex kellhom jikkuntentaw bit-tieni post fi Grupp B.

    Għaldaqstant, fir-round li jmiss huma jilagħbu kontra dak it-team li jispiċċa fit-tieni post fi Grupp F.

    Min-naħa ta’ Slovakkja, iridu jistennew id-destin tagħhom hekk kif spiċċaw fit-tielet post.

    L-Ingliżi mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom u wara biss ħames minuti, Nathan Clyne xeħet cross li b’xutt bid-dawra ta’ Jamie Vardy għadda fuq il-mimduda.

    Żewġ minuti wara kellu jkun id-difensur, Peter Pekarik, li salva goal ċert fuq Daniel Sturridge.

    Fis-17-il minuta, il-goalkeeper Slovakk, Matus Kozacik, ħareġ fil-ħin biex salva xutt qawwi ta’ Jamie Vardy li ħarab il-kustodja tad-difensur Martin Skrtel. L-Ingliżi komplew jippressaw u xeħtu lill-avversarji jiddefendu għal ħinijiet twal bil-goalkeeper Kozacik jilqa’ dak kollu mitfugħ lejh ... u fit-33 minuta wettaq save kbir fuq xutt Adam Lallana mill-viċin.

    Eżatt qabel tmiem l-ew­wel taqsima ix-xutt ta’ Jordan Henderson, li deher destinat għal ġewwa, ġie nnewtralizzat minn Jan Durica.

    Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Chris Smalling, qassam qasir b’sidru lejn il-goalkeeper Joe Hart biex Ondrej Duda kien se japprofitta. Fl-54 minuta, l-Ingilterra kellhom dak li deher penalty ċar meta Nathan Clyne ġie żbilanċjat f’tarf il-kaxxa ż-żgħira.

    Fil-61 minuta, Martin Skrtel salva minn fuq il-linja fatali t-tentattiv ta’ Dele Alli li kien ilu biss ftit sekondi fil-ground. 

    Slovakkja: Matus Kozacik, Tomas Hubocan,  Jan Durica, Martin Skrtel, Peter Pekarik, Marek Hamsik, Viktor Pecovsky (Norbert Gyomber 67), Juraj Kucka, Vladimir Weiss (Milan Skriniar 78), Ondrej Duda (Dusan Svento 57), Robert Mak - Coach: Jan Kozak

    Ingilterra: Joe Hart, Ryan Bertrand, Chris Smalling, Gary Cahill, Nathan Clyde, Jack Wilshere (Wayne Rooney 56), Eric Dier, Jordan Henderson, Daniel Sturridge (Harry Kane 76), Jamie Vardy, Adam Lallana (Dele Alli 60) - Coach: Roy Hodgson

    Referee: Carlos Velasco Carballo (Spanja)

    Assistenti: Roberto Alonso Fernández, Juan Carlos Yuste (Spanja)

    Raba’ Uffiċjal: Antonio Damato (Italja)

    Ammoniti: V. Pecovsky (S); R. Bertrand (I)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0