Impenn doppju f'Andorra għat-team nazzjonali Malti tal-Futsal

  • Ġun 20, 2016 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    It-team nazzjonali Malti tal-Futsal, immexxi mill-coach Peter Puliccino, matul din il-ġimgħa se jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra t-team nazzjonali ta’ Andorra. Dawn iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu, f’Andorra La Vella, nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju fit-8:30pm u l-Ħamis 23 ta’ Ġunju fis-7:30pm.

    Iż-żewġ timijiet l-aħħar li ltaqgħu kien f’Malta stess, fir-round preliminari tal-Euro Futsal, li sar f’Jannar, 2015. F’dan il-konfront Andorra ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0.

    It-team Malti se jkun kompost mill-goalkeepers Clint Mifsud u Matthew Xerxen, flimkien mal-players Mark Zammit, Carl Azzopardi, Matthew Attard, Jovica Milijic, George Frendo, Daniel Mifsud, Chris Cardona,  Nicola Del Re , Gary Inguanez, Ryan Gilmour Cassar, Christian Wismayer u Jason Mifsud.

    Għal Cassar din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu mat-team nazzjonali, wara li kellu staġun ferm tajjeb ma’ Sirens. Huwa ngħaqad magħhom, f’Jannar li għadda, u lagħab ukoll fil-finali tal-Ewwel Diviżjoni kontra ċ-champions Sliema Wanderers.

    L-istaff tekniku, flimkien ma’ Peter Pullicino, se jkun magħmul mill-assistent tiegħu Zeljko Anicic, it-Team Manager John Mizzi, il-Fiżjoterapista Leandros Calleja, filwaqt li Joseph Micallef se jkun il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0