F'nofsinhar illum - Poloz tal-Kompetizzjonijiet Ewropej

  • Ġun 20, 2016 10:14
  • Miktub minn iNews
"

    Illum, f’12.00 p.m., fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA, f’Nyon, l-Isvizzera, se jittellgħu l-poloz tal-kompetizzonijiet Ewropej fejn jinteressaw lill-erba’ clubs Maltin - Valletta, Hiber­nians, Birkirkara u Balzan.

    Valletta jkunu fil-polza tal-ewwel round preliminari tal-UEFA Champions League, biż-żewġ legs jintlagħbu fit-28/29 ta’ Ġunju u fil-5/6 ta’ Lulju.

    Il-finali ta’ din l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża Ewropea fuq livell ta’ clubs, se tintlagħab fil-Millennium Stadium, f’Cardiff, Wales, fit-3 ta’ Ġunju, 2017.

    Imbagħad, it-tliet timiijet l-oħra - Hibernians, Birkirkara u Balzan - ukoll se jkunu fil-polza tal-ewwel round preliminari tal-UEFA Europa League (fis-1.00 pm).

    Iż-żewġ legs jintlagħbu fit-30 u ta’ Ġunju u fis-7 ta’ Lulju rispettivament.

    Il-finali tintlagħab fil-Friends Arena, fi Stokkolma, l-Isvezja, fl-25 ta’ Mejju, 2017.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0