L-Avultun ma ntbagħatx Sqallija qabel ma reġa' ġie eżaminat minn veterinarju

  • Ġun 20, 2016 00:20
  • Miktub minn Claudio Coleiro

    Minkejja l-polemika li nqalgħet dwar il-mewt tal-Avultun Maximus, inewsmalta.com huwa infurmat li l-Avultun ma ntbagħatx Sqallija qabel ma reġa’ ġie eżaminat minn vetrinarju li ċċertifika li l-għasfur seta’ jiġi trasportat.

    Wara li dan miet nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, jumejn wara l-wasla tiegħu fi Sqallija, l-ORIZZONT talab għar-reazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.

    Is-Segretarjat Parlamentari qal li l-Awtoritajiet Maltin flimkien ma’ Birdlife Malta għamlu dak kollu possibbli biex l-imsemmi Avultun jingħata l-kura kollha possibbli. Qal ukoll li l-Awtoritajiet u l-Birdlife qed jistennew ir-riżultat tal-awtopsja mill-veterinarji Taljani.
    Ta’ min ifakkar li l-mewt tal-Avultun kien wassal għal battibekk bejn il-kaċċaturi u l-għaqda BirdLife biż-żewġ naħat jagħmlu akkużi fil-konfront ta’ xulxin.

    Kien Lino Farrugia, f’isem il-FKNK, li rrimarka kif kull għasfur li jinġabar jew jingħata lill-BirdLife biex iddewwih u jerġa’ jintelaq fis-selvaġġ jew jinqatel mill-istess BirdLife jew imut.

    “Il-BirdLife misshom kienu jafu li l-avultun ma kienx f’kundizzjoni ta’ saħħa biżżejjed biex jintbagħat barra biex jinħeles. Imma, milli jidher, l-importanti hu l-fatt li l-BirdLife ħadu l-pubbliċità bil-prominenza neċessarja mill-midja.”

    Farrugia sostna li milli jidher l-avultun miet kaġun tal-istess negligenza tal-BirdLife u appella lill-mezzi tax-xandir biex ma jibqgħux siekta imma għandha tgħid x’ġara.

    Huwa qal li fl-opinjoni tal-FKNK dan l-inċident wera biċ-ċar li l-BirdLife mhux vera jimpurtaha mill-protezzjoni tal-għasafar imma moħħha biss biex tapprofitta minn kull okkażjoni sabiex tieħu l-popolarità mill-midja u tkompli takkwista l-fondi b’tali “teatrini”.

    Il-BirdLife irreaġixxiet għall-kumment ta’ Farrugia fejn qalet li hi ntalbet biex tassisti u tieħu f’idejha l-għasfur mill-Gvern wara li dan kien salvat minn diversi entitajiet governattivi fosthom il-Wild Birds Regulation Unit, l-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent, it-taqsima tal-Administrative Law Enforcement (ALE) tal-Pulizija, id-Diviżjoni Veterinarja tal-Gvern u ħaddiema tal-Malta Freeport.

    BirdLife iddikjarat li hi dejjem ħadmet, kif se tkompli tagħmel, biex tħares in-natura u l-għasafar fl-interess tal-ġid komuni u rrirmakat li wasal iż-żmien li l-federazzjoni tal-kaċċaturi wkoll tibda tfittex li tikkollabora minflok kontinwament taħli l-ħin tipprova twaħħal f’dak u fl-ieħor.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0