Olimpjadi 2016 - L-ixjeħ torch bearer ta' 106 snin

  • Ġun 20, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet snin wara li saret l-ixjeħ skydiver, il-Brażiljan Aida Gemanque issa saret l-ixjeħ torch bearer meta, nhar is-Sibt li għadda, ġarret il-Torċa Olimpika fil-belt tal-Amażonja, Macapa.

    Għaldaqstant, Gemanque kisret ir-rekord tar-Russu, Alexander Kaptarenko, li fl-etá ta 101 sena, kien ġera bit-Torċa Olimpika fl-Olimpjadi tax-Xitwa 2014, li saru f’Sochi, fir-Russja.

    “Ninsab kburija u kuntenta ħafna li ntgħażilt biex inkun parti mill-Olimpjadi. F’għomri qatt ma ħlomt li xi darba se niġri bit-Torċa Olimpika,” qalet Gemanque.

    Bħalissa t-Torċa Olimpika tinsab għaddejja minn 325 belt differenti fil-Brażil u li f’din il-ġirja qed jieħdu sehem 12,000-il atleta biex finalment tinawgura l-ftuħ tal-Olimpjadi fil-Maracana Stadium, f’Rio de Janeiro, fil-5 ta’ Awwissu, li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0