Euro 2016 - L-aħħar partita għall-Kroazja?

  • Ġun 20, 2016 00:46
  • Miktub minn iNews
"

    Irrispettivament x’ikun ir-riżultat tal-logħba kontra Spanja, liema partita se tintlagħab għada minn Grupp D, tista’ tkun l-aħħar partita għall-Kroazja.

    Dan minħabba li l-Ultras Kroati qed jippjanaw biex joħolqu l-ġlied fejn mistenni jingħaqad ukoll il-grupp U.V. li huwa kompost minn kriminali magħrufa.

     L-Ultras Kroati ddikjaraw “gwerra” kontra l-FA Kroata li qed jakkużawha bħala waħda korrotta u li għal dawn l-aħħar xhur talbu għar-riżenja tal-president, Davor Suker, liema protesta laħqet il-qofol tagħha fil-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Italja billi nħarqet bandiera li fiha kien hemm l-iswastika.

    Bħalissa l-FA Kroata tinsab taħt investigazzjoni mill-UEFA wara l-inkwiet li nqala’ fid-draw ta’ 2-2 kontra r-Repubblika Ċeka, fejn intefgħu wkoll għadd ta’ flares fil-ground. Hija ġiet imwissija li tista’ tingħata sospensjoni awtomatika jekk fil-partita kontra Spanja l-partitarji jerġgħu jaqilgħu l-inkwiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0