Euro 2016 - Daniel Sturridge flok Harry Kane?

  • Ġun 18, 2016 12:00
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif l-Ingliżi qed jippreparaw għat-tielet u l-aħħar logħba ta' Grupp B kontra s-Slovakkja, l-għajdut huma li l-eroj tal-Ingliżi,  l-attakkant ta’ Liverpool, Daniel Sturridge, se jieħu post dak ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane.

    Rapporti Ingliżi qed isostnu li Kane huwa maħkum minn għejja li ilha tinħema matul il-kampjonat kollu li fih Kane spiċċa bħala l-aqwa skorer b’25 goal, segwit mill-attakkant taċ-champions Leicester City, Jamie Vardy, li kien ukoll strumentali fir-rebħa tal-Ingliżi (fuq Wales) meta niżżel ukoll ismu fost l-iskorers.

    Min-naħa tiegħu, il-coach Ingliż, Roy Hodgson, faħħar il-prestazzjoni ta' Sturridge li mhux biss skorja l-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud iżda pproduċa l-cross li bih Jamie Vardy kompla għal ġewwa biex kiseb id-draw.

    It-'Three Lions' jerġgħu jidħlu fix-xena, nhar it-Tnejn li ġej, hekk kif fi Stade Geoffroy-Guichard huma jilagħbu kontra s-Slovakkja li għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw wara li għelbu lir-Russi 2-1.

    L-Ingilterra jinsabu jokkupaw l-ewwel post fi Grupp B segwiti minn Wales u s-Slovakkja bi tliet punti kull wieħed, filwaqt li r-Russja jinsabu fl-aħħar post b'punt wieħed biss.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0