Mistennija passi dixxiplinarji kontra l-Kroazja

  • Ġun 18, 2016 11:21
  • Miktub minn iNews
"

    Il-UEFA mistennija tieħu passi dixxiplinari wara li nqala’ l-ġlied fit-tmiem tal-logħba Kroazja v Repubblika Ċeka.

    Il-konfront kellu jitwaqqaf ukoll għal xi ħin wara li ntefgħu flares fil-ground min-naħa tal-partitarji Kroati. Ir-referee Mark Clattenburg ma kellux għażla ħlief li jwaqqaf il-logħba għal erba’ minuti wara li sensiela ta’ flares niżlu fin-naħa tal-corner.

    Wieħed mill-istewards li mar biex ineħħi l-flares, intlaqat b’waħda minnhom wkoll iżda b’xorti tajba ma kellux bżonn li jiddaħħal l-isptar.

    Il-players tal-Kroazja talbu lil partitarji tagħhom biex jieqfu jitfgħu l-oġġetti fil-ground. Inqala’ wkoll ġlied bejn il-partitarji.

    Kelliem għall-UEFA qal:

     “Ser jittieħdu passi dixxiplinari, meta l-UEFA tirċievi r-rapport uffiċjali tal-logħba mid-delegat tal-logħba u r-referee. Il-UEFA tikkundanna atti bħal dawn.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1