Euro 2016 - Vicente Del Bosque kuntent li Spanja sabu l-forma

  • Ġun 18, 2016 00:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-coach ta’ Spanja Vicente del Bosque jinsab sodisfatt li team ikkwalifika mal-Aħħar 16: “Ilħaqna l-ewwel għan tagħna, dak li nikkwalifikaw għall-Fażi Eliminatorja.  Kellna prestazzjoni tajba u kkontrollajna l-logħba matul id-90 minuta.

    “Sa qabel din il-partita sibniha diffiċli li niskorjaw iżda f’din il-logħba skorjajna tliet goals. Issa rridu nikkonċentraw fuq l-aħħar logħba ta’ Grupp D kontra l-Kroazja.

    “Huwa dejjem diffiċli tqabbel timijiet li rebħu titlu fl-2008 u fl-2012. Xi wħud mill-aqwa players Spanjoli rtiraw mill-football minn dak iż-żmien ‘l hawn. F’kull konfront trid tħalli marka fil-logħba malajr kemm jista’ jkun u l-players tiegħi fehmuh dan. M’aħniex inkwetati.”

     

    Min-naħa l-oħra l-coach tat-Turkija, Fatih Terim, ammetta li t-team tiegħu ma lagħabx tajjeb. “Nawgura lil Spanja. Huma team speċjali, team importanti. Fl-ewwel nofs siegħa lgħabna mhux ħażin, iżda wara ma kellniex wirja tajba. 

    “Qlajna żewġ goals minn żewġ żbalji individwali. Meta jkollok ċans trid tieħdu konra Spanja, inkella m’hemmx mod ieħor kif tista’ tħabbatha magħhom.

    “Wara t-tielet goal sfaxxajna. Ma tistax tkun pessimist wara li taqla’ goals kontra Spanja, iżda t-tieni goal għamilha ferm diffiċli għalina.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0