Terapija bil-qtates f'San Vinċenz de Paul

  • Ġun 09, 2016 00:50
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, inawgurat Cat Cafe sabiex ikun jista’ jitgawda mir-residenti ta’ San Vinċenz de Paul u l-qraba tagħhom.

    Justyne Caruana tkellmet fuq l-importanza tal-pet therapy għall-anzjani, speċjalment dawk li huma residenti fil-faċilità. Proprju għalhekk li ġie żviluppat dan il-proġett bil-għan li jagħti dan it-tip ta’ terapija lill-anzjani residenti filwaqt li jaċċerta li l-qtates f’dan il-Cat Cafe jinżammu b’saħħithom u f’kundizzjonijiet addattati għalihom. Justyne Caruana qalet li permezz ta’ nies professjonali, din it-terapija se tibda tingħata darbtejn fil-ġimgħa fil-post tal-Cat Cafe stess.

    Is-Segretarju Parlamentari wriet sodisfazzjon għall-fatt li x-xogħol għal dan il-proġett sar mill-ħaddiema stess tas-sezzjoni tal-manutenzjoni fil-faċilità ta’ kura fil-tul ta’ San Vinċenz de Paul. Hija qalet li l-materjal għal dan il-proġett sewa madwar 40,000 ewro. Dan sar permezz ta’ ftehim ma’ Animal Guardians Malta li se jkunu qegħdin joperaw dan il-post għat-tliet snin li ġejjin. Is-Segretarju Parlamentari Caruana qalet li b’hekk San Vinċenz de Paul ser ikollu l-ewwel proġett ta’ Animal Assisted Therapy f’Malta.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, irringrazzja lit-tmexxija ta’ San Vinċenz u lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li kienu strumentali biex ibiddlu sfida f’opportunità. Qal li dan il-proġett se jikkuntenta lil kulħadd – lit-tmexxija tar-residenza li se jkollhom post aktar organizzat, lill-pazjenti li se jibqa’ jkollhom aċċess għal dawn il-qtates, u għall-annimali nfushom li se jkunu qed jiġu trattati tajjeb. Dan il-proġett qed jintlaqa’ b’mod pożittiv anke fid-dawl li jeżistu bosta studji li juru kif l-annimali jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem, fost l-oħrajn għat-tfal, pazjenti morda, anzjani u dawk li jħossuhom waħidhom fost l-oħrajn.

    Is-Segretarju Parlamentari Galdes iddeskriva dan il-Cat Cafe bħala xhieda ta’ kemm qamet kuxjenza favur l-annimali f’pajjiżna fl-aħħar snin. Qal li għaddejja ħidma kontinwa mis-Segretarjat tiegħu biex, kif imwiegħed fil-manifest elettorali, pajjiżna jiġi aktar animal friendly. Dan hu possibbli b’diversi proġetti fosthom sptar aktar attrezzat u l-ewwel ċimiterju għall-annimali, inizjattivi bħall-Fond tal-Animal Welfare li jgħin finanzjarjament lill-NGOs, aktar infrastruttura adegwata, kampanji edukattivi, u liġijiet u regolamenti li jħarsu d-drittijiet tal-annimali.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0