Illejla tibda l-votazzjoni għal Deputat Mexxej tal-PL

  • Ġun 09, 2016 00:13
  • Miktub minn iNews
"

    Id-delegati tal-Partit Laburista mil-lejla jibdew jivvutaw biex jaħtru Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit fejn l-għażla li jridu jagħmlu hija bejn tliet avukati – il-Ministru Chris Cardona, il-Ministru Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi. 

    Il-votazzjoni tibda wara li tintemm is-sessjoni plenarja, li tibda fis-6.00 p.m., tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja li qed titlaqqa' apposta fi tmiem din il-ġimgħa biex issir l-elezzjoni għall-kariga ta' Deputat Mexxej. Il-votazzjoni tissokta għada fejn id-delegati Maltin jkunu jistgħu jmorru jitfgħu l-vot tagħhom fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, bejn id-9.00 a.m. u t-8.00 p.m., waqt li d-delegati Għawdxin se jkunu jistgħu jivvutaw fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat, bejn l-10.00 u l-5.00 p.m.

    L-għadd tal-voti se jsir fiċ-Ċntru Nazzjonali Laburista u dan jibda malli tintemm il-votazzjoni. 

    Il-kontestant li jakkwista l-maġġoranza assoluta ta’ 50% + 1 tal-voti validi jiġi dikjarat bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Billi hemm tliet kontestanti, il-probabbiltà hi li dan ma jseħħx fl-ewwel votazzjoni, u għaldaqstant ikollha ssir votazzjoni oħra s-Sibt, fl-istess ħinijiet u fl-istess postijiet, fejn din id-darba jieħdu sehem biss iż-zewġ kontestanti li jkunu ġabu l-akbar numru ta’ voti fl-ewwel votazzjoni. 

    Għaldaqstant, l-indikazzjonijiet huma li biex ikun magħruf min se jkun id-Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit Laburista se jkollna nistennew sas-Sibt filgħaxija. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0