Furjaniż mixli li sawwat lis-sieħba tiegħu

  • Ġun 08, 2016 15:54
  • Miktub minn iNews

    Furjaniż ta’ 41 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €10,000, wara li m’ammettiex l-akkużi fil-konfront tiegħu fosthom li sawwat lis-sieħba tiegħu.

    Ir-raġel, Matthew Piscopo, kien mixli quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li nhar is-7 ta’ Ġunju hedded, sawwat u weġġa’ gravi lis-sieħba tiegħu.

    Il-Qorti semgħet kif is-sieħba tiegħu kienet diġà għamlet rapporti oħra fil-konfront ta’ Piscopo b’allegazzjonijiet simili, iżda kienet ħafrietlu.

    Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Daryl Borg, qalet li l-mara rrappurtat personalment fl-Għassa tal-Pulizija fis-7 ta’ Ġunju u kellha ġrieħi f’wiċċa. Aktar tard ittieħdet l-isptar Mater Dei fejn kienet iċċertifikata li ġarrbet ġrieħi gravi f’wiċċa. Il-mara allegat li kienet ġiet imsawta mill-akkużat.

    Piscopo m’ammettiex l-akkużi fil-konfront tiegħu u talab għall-ħelsien mill-arrest.

    L-Ispettur Borg ċaħad li jingħata l-ħelsien mill-arrest għax qal li dan jista’ jkellem lil xi xhieda jew javviċina lill-mara.

    Id-difiża, immexxija mill-avukat tal-għajnuna legali Patrick Valentino, qalet li l-mara m’għadhiex toqgħod fir-residenza tal-akkużat, u l-Qorti dejjem tista’ toħroġ ordni ta’ protezzjoni. Saħaq li r-rapport mediku tat-tabib mhux kompetenti biex jiddetermina jekk il-mara kellhiex xi ġrieħi gravi jew le. Sostna li l-mara kellha qatgħa ta’ 5 millimetri fuq għajnejha u ma kellhiex bżonn punti.

    Il-Maġistrat Aaron Bugeja ta l-ħelsien mill-arrest lil Piscopo b’garanzija personali ta’ €10,000 u bil-kundizzjoni li ma jersaqx fejn tkun il-mara u xhieda involuti fil-każ.

    Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook