Karozza bomba tisplodi f'Istanbul

  • Ġun 07, 2016 18:35
  • Miktub minn iNews

    Dalgħodu karozza bomba splodiet ħdejn xarabank tal-pulizija fiċ-ċentru ta’ Istanbul fit-Turkija. Dan il-każ ħalla 11-il persuna mejta filwaqt li ndarbu madwar 36 persuna qrib id-distrett turistiku ewlieni, l-Università prinċipali u l-uffiċċju tas-Sindku.

    Il-Gvernatur ta’ Istanbul, Vasip Sahin, qal li l-karozza ġiet sploduta hekk kif għadd ta’ xarabanks tal-pulizija kienu għaddejjin mill-istess triq. Dan l-inċident huwa r-raba’ wieħed maġġuri fl-akbar belt tat-Turkija li seħħ matul din is-sena.

    Ħadd ma ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk iżda l-militanti Kurdi kienu diġà wettqu attakki simili qabel, inkluż dak tax-xahar li għadda f'Istanbul stess.

    L-inkwiet minħabba s-sigurtà fil-pajjiż diġà qed jolqot il-qasam turistiku u l-kunfidenza tal-investituri fil-pajjiż. Il-gwerer fil-pajjiżi ġirien, is-Sirja u l-Iraq rawmu netwerk mill-Istat Islamiku ta’ attakki ta’ bombi suwiċida, filwaqt li militanti Kurdi mill-Lbiċ żiedu l-attakki fil-bliet tal-madwar.

    Il-President Tork, Tayyip Erdogan, żar lil dawk il-midrubin li jinsabu fi sptar tal-viċinanżi. Sorsi mill-uffiċċju tiegħu qalu li l-President ikkundanna l-attakk u kien mgħarraf dwar is-sitwazzjoni tal-attakk mill-Gvernatur Sahin u kif ukoll mill-Ministru tal-Intern. Il-President Tork wiegħed li l-ġlieda kontra t-terroriżmu se tibqa’ għaddejja kif ippjanat. Hu ddeskriva dan l-attakk fuq l-uffiċjali tal-pulizija - li xogħolhom dejjem huwa li jipproteġu liċ-ċittadini - bħala wieħed li ma jixraqlu l-ebda maħfra.

    Erdogan qal li l-ġlieda kontra t-terroristi se tibqa’ għaddejja bla waqfien u bla ebda skrupli.

    Diversi xhieda rrapportaw ukoll li semgħu diversi tiri ta’ armi tan-nar, iżda peress li kien hemm kunfużjoni kbira baqa’ ma ġiex ikkonfermat jekk kinux tiri minn dawk li għamlu l-attakk jew ta’ uffiċjali tal-pulizija li pprovaw jipproteġu lill-kollegi tagħhom. Xhud ieħor qal li l-impatt tal-isplużjoni nħass qisu xi terremot.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0