Mara ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet minn gallarija

  • Ġun 06, 2016 14:55
  • Miktub minn iNews

    Mara ta' 44 sena dalgħodu ġarrbet ġrieħi gravi wara li waqgħet mill-gallarija ta' dar privata f'San Ġiljan.

    Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għara,  meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Mark, San Ġiljan.

    Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara, minn San Ġiljan stess, għal xi raġuni kienet waqgħet għoli ta’ madwar sular mill-gallarija u sofriet xi ġrieħi.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhix fil-periklu tal-mewt.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0