Muffins tal-qarabagħli u l-irkotta

  • Ġun 08, 2016 07:00
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    3 kikkri dqiq self-raising

    kuċċarina baking powder

    nofs kuċċarina melħ

    ftit bżar

    bajda

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    180ml ilma

    100g rkotta

    150g qarabagħli maħkuk

    mgħarfa ħwawar friski tal-gosti tiegħek

    1/4 ta' kuċċarina ħwawar imħalltin nexfin


    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 170 grad Celcius. Ipprepara landa tal-muffins bil-forom tal-karti.

    Ġo skutella kbira għarbel id-dqiq darbtejn, żid il-baking powder, il-melħ u l-bżar u l-ħwawar nexfin.  

    Poġġi l-qarabagħli maħkuk f'sarvetta nadifa u agħsru.

    Ġo skutella oħra poġġi l-irkotta, il-ħwawar friski, il-bajd u ż-żejt taż-żebbuġa. Uża hand blender biex titħan it-taħlita. Żid il qarabagħli u l-ħwawar friski. Żid it-taħlita mad-dqiq. Ħawwad b'mgħarfa kbira tal-metall u żid l-ilma bil-mod biex ma tifqax it-taħlita. Meta tara li t-taħlita għandha dropping consistency, ieqaf.

    Poġġi t-taħlita tal-muffins fil-forom tal-karti u aħmi ġo forn sħun għal 35 minuta. Servi l-muffins sħan, jew kesħin għal ġol-unch box. 

    Ritratt: Stefan Stafrace

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orrizont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blog www.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0