Soppa Ribolita

  • Ġun 07, 2016 06:56
  • Miktub minn iNews

     

    Ingredjenti:

    basla mqattgħa

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa u aktar biex tferra' fuq is-soppa qabel ma sservi

    2 zunnarijiet ta' daqs medju

    biċċa karfusa

    mgħarfa kunserva

    200ml nbid

    200g tadam frisk imqatta' jew polpa tal-bott

    mgħarfa riegnu

    2 mgħaref tursin frisk imqatta'

    niskata ħwawar nexfin imħalltin

    2 werqiet rand

    litru stokk tal-ħaxix

    70g pancetta jew bejken

    250g fażola bajda msajra jew tal-bott

    6 werqiet kale

    melħ u bżar

     

    Metodu:

    Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa ġo borma. Żid il-pancetta jew bejken, il-basla u z-zunnarija, u sajjar fuq nar baxx.  

    Sadattant, neħħi z-zokk tal-kale. Għalli ftit ilma. Qatta' l-weraq biċċiet u ismothom fil-misħun għal erba' minuti. Imbagħad poġġihom fl-ilma kiesaħ halli jibqgħu kulur sabiħ.  

    Kif issir it-taħlita tal-pancetta, żid l-ewwel l-inbid u meta jibda jagħli żid l-istokk u l- kunserva. Żid it-tadam, ir-rand, il-karfus, ir-riegnu, it-tursin u l-ħwawar. Ġib il-borma tagħli u baxxi n-nar. Sajjar għal kwarta u mbagħad żid il-fażola. Sajjar għal 10 minuti oħra.

    Żid il-weraq tal-kale. Sajjar għal ħames minuti oħra biss u neħħi minn fuq in nar.  

    Tradizzjonalment din is-soppa tiġi servuta bil-ħobż imqatta' dadi. Ferra' ftit żejt taż- żebbuġa fuq kull platt soppa qabel ma sservi u tista wkoll iżżid ftit parmiġġan. 

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blog www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook