Spettaklu uniku għada fil-Port il-Kbir

  • Ġun 06, 2016 12:45
  • Miktub minn iNews
"

    Kollox jinsab lest biex għada jittella’ l-akbar spettaklu tas-sena fil-Port il-Kbir - il-Valletta Pageant of the Seas.

    Dan l-ispettaklu uniku, li mhux ta’ min jitilfu, huwa parti mill-programm ta’ ċelebrazzjoni tal-Fondazzjoni Valletta2018 fl-okkażjoni tal-450 anniversarju mit-twaqqif tal-Belt Valletta. 

    Valletta Pageant of The Seas hija attività għall-familja kollha; li tinkludi festa ta’ kuluri, xwieni, dgħajjes tar-regatta, power boats u jottijiet, għawm, tlielaq u bosta karrijiet tal-Karnival fost l-oħrajn, kollha fl-ambjent maestuż tal-Port il-Kbir. 

    L-ispettaklu jiftaħ bl-Għawma Toni Bajada, attività kbira ta’ għawm li tinvolvi mijiet ta’ nies, li se jaqsmu bl-għawm mill-Forti ta’ Sant’Anġlu fil-Birglu sal-Pixkerija f’Ta’ Liesse, il-Belt Valletta.

    Se jsir ukoll spettaklu tar-regatta segwit minn tellieqa bid-dgħajjes fejn se naraw xi ħaġa mhux tas-soltu. Bosta gruppi minn madwar Malta u Għawdex se jipparteċipaw fit-Tellieqa Telliqun, fejn in-nies se joħolqu inġenji tal-baħar, b’diversi materjali, inklużi oġġetti riċiklati u jtellaquhom fil-Port il-Kbir mingħajr l-użu ta’ muturi jew moqdief. 

    Il-qofol taċ-ċelebrazzjoni se jkun spettaklu ta’ dgħajjes tal-qlugħ akkumpanjati mill-Fernandes, li se jokkupa l-post ċentrali. Karrijiet tal-Karnival se jidhru għall-ewwel darba fil-Port il-Kbir waqt li l-karrijiet rebbieħa fil-Karnival ta’ din is-sena se jsalpaw fil-Port. 

    Intant, l-organizzaturi ta’ avvenimenti fil-beraħ u bbażati fir-Renju Unit, Walk the Plank, mistennija jisirqu x-xena tal-lejla bi spettaklu tal-akrobazija u l-piroteknika. 

    Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef qal li l-Valletta Pageant of the Seas huwa spettaklu kbir bis-sehem ta’ mijiet ta’ nies ġejjin minn oqsma differenti fosthom għaqdiet filantropiċi, Kunsilli Lokali kif ukoll artisti lokali u internazzjonali. 

    “Dan l-ispettaklu għall-familja kollha, fis-7 ta’ Ġunju, festa pubblika, għandu jħalli marka oħra qawwija lejn il-vjaġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018 għas-sena tal-Kapitali Ewropea fl-2018.” 

    L-attivitajiet jibdew mis-6.00 p.m. ‘il quddiem. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0