Imut il-boxer leġġendarju Muhammed Ali fl-età ta' 74 sena

  • Ġun 04, 2016 00:51
  • Miktub minn iNews
"

    Id-dinja llum stenbħet ixxukkjata bit-telfa ta' wieħed mill-aqwa personaġġi sportivi ta' kull żmien, Muhammed Ali. L-eksċampjin tad-dinja tal-'heavyweight boxing' miet fi sptar fil-belt ta' Phoenix Arizona fl-Istati Uniti, fl-età ta' 74 sena.

    Huwa ddaħħal l-isptar jumejn ilu fejn kien qed ibati minn problemi fin-nifs, kundizzjoni li kienet marret għal-agħar minħabba l-marda 'Parkinson's'.

    Ali, li ismu proprju kien Cassius Clay, kien l-aktar sportiv magħruf f'dawn l-aħħar 100 sena. Huwa jibqa' jżomm it-titlu tal-aktar boxer li rebaħ it-titlu ta' ċampjin tad-dinja, bl-ewwel darba fis-sena 1964, imbagħad fl-1974 u fis-sena 1978.

    Muhammed Ali jibqa' żgur magħruf għall-ħeffa li kellu fir-ring tal-boxing u jibqa' mfakkar ukoll għall-ġlieda tiegħu kontra r-razziżmu.

    Min hu midħla fix-xena mużikali żgur li jiftakar tnejn mid-diski li nkitbu għalih. Waħda minnhom kien kitibha l-awtur mużikali Derrick Morgan u jisimha 'Catch me if you can', u l-oħra li għamlet suċċess kbir lil R Kelly, jisimha 'The World's Greatest'.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0