Opportunità biex iżżur wieħed miċ-ċentri tal-MCAST

  • Ġun 04, 2016 00:36
  • Miktub minn iNews

    Għal darb oħra, iċ-Ċentru tal-Agrikoltura, Akkwatika, u Xjenza tal-Annimali fi ħdan l-MCAST se jkun qed jorganizza open weekend. 

    Dan se jinkludi diversi attivitajiet ta' divertiment, kemm għal familji kif ukoll għall-pets tagħhom, fosthom 'animal grooming', taħriġ fil-kura tal-annimali, ikel tradizzjonali Malti, bejgħ ta' pjanti, u tidwiq ta' nbid u żejt taż-żebbuġa. 

    L-għan tal-Open Weekend hu li jistieden lill-pubbliku, speċjalment lil studenti prospettivi, biex jiskopru aspetti differenti relatati mal-agrikoltura u kura tal-annimali waqt li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' divertiment. Se jkun hemm ukoll persuni li jitkellmu ma' studenti prospettivi, u jispjegawlhom il-korsijiet li joffri ċ-ċentru. 

    L-open weekend se jsir bejn il-Ġimgħa 10 ta' Ġunju, u l-Ħadd 12 ta' Ġunju. Il-ħinijiet li fihom iċ-ċentru se jkun miftuħ għall-pubbliku huma; il-Ġimgħa bejn l-10.00a.m. u s-14.00p.m., is-Sibt bejn l-10.00a.m. u s-18.00p.m., u l-Ħadd bejn id-9.00a.m. u s-18.00p.m.

    Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntatja ċ-ċentru fuq 21257006, jew fuq CAAAS@mcast.edu.mt.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0