Miċħuda talba tal-kumpanija Taljana involuta fil-bini tal-Parlament

  • Mej 30, 2016 00:12
  • Miktub minn iNews

    Tliet imħalllfin ċaħdu talba li saritilhom minn kumpanija Taljana fil-konfront ta’ oħra Maltija dwar il-kwistjoni li hemm bejniethom fuq xogħol li sar b’rabta mal-bini tal-Parlament il-ġdid.

    Il-kumpanija CFF Filiberti appellat mid-deċiżjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, li ordnatilha tagħti €31,571 lil Q Stone b’rabta mal-provvista tal-ġebel użat fil-bini tal-Parlament il-ġdid.

    Iż-żewġ kumpaniji jinsabu f’tilwima legali fejn l-kumpanija Taljana qed takkuża lil dik Maltija li tatha ġebel ta’ kwalità inferjuri waqt li dik lokali qed tgħid li x-xogħol fuq il-Parlament waqa’ lura minħabba nuqqas ta’ ħlas minn dik Taljana.

    Kien l-Imħallef Lawrence Mintoff li laqa’ t-talba tal-Q Stone fejn sostna li l-kumpanija Taljana ma ressqitx provi biex ixxejjen dak li allegat il-kumpanija Maltija.

    Għalkemm il-kumpanija Taljana appellat u s-smigħ kien appuntat għas-6 ta’ Lulju 2015, il-Qorti tal-Appell ċaħditilha t-talba bir-raġuni tkun li l-appell ma sarx skont il-liġi.

    Filiberti insistiet li hija ġiet mgħarrfa bid-data ta’ meta kellu jinstema' l-appell fit-3 ta’ Settembru 2015 u mhux fit-18 ta’ Mejju 2015 u għalhekk qed tgħid li ma setgħet qatt tagħmel il-ħlasijiet relatati mal-appell kif mitlub mill-imsemmija Qorti.

    Madankollu l-Prim Imħallef Silvio Camilleri u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri ma laqgħux it-talba tal-kumpanija Taljana fejn irrimarkaw li jidher li l-avviż tas-smigħ tal-appell u tal-garanzija ġiet notifikat lilha darbtejn, darba bil-posta u darba permezz ta’ uffiċjali ġudizzjarji Taljani.

    Huma qalu li l-fatt li saru żewġ notifiki ma jfissirx li l-ewwel notifika ma kinitx tiswa u kkonkludew li l-kumpanija Taljana kienet notifikata kif suppost skont il-liġi u għalhekk ċaħditilha t-talba.

    F’din il-kawża l-Avukat Franco Galea deher għas-CFF Filiberti mentri l-Avukat Maxilene Pace dehret għall-Q Stone.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook