Torta tat-tiġieġ bl-għaġina fil-wiċċ biss

  • Mej 30, 2016 00:11
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    litru stokk

    3 zunnarijiet imqattgħin

    basla mqattgħa rqiq

    1/4 ta' kuċċarina ħxejjex imħalltin imnixxfin

    300g patata mqaxxra u mqattgħs dadi

    ftit karfus

    100g piżelli friska jew iffriżata

    500g tiġieġ bla għadam u bla ġilda, imqatta' u msajjar

    ftit żejt taż-żebbuġa

    niskata noċemuskata

    2 mgħaref mascarpone

    Għall-għaġina (fil-wiċċ biss):

    250g dqiq plain

    nofs kuċċarina melħ

    mgħarfa tursin imqatta’ rqiq

    50ml żejt taż-żebbuġa

    ilma jekk hemm bżonn

    bajda biex tidlek il-wiċċ

    Metodu:

    Agħmel l-għaġina billi tpoġġi l-ingredjenti ġo skutella kbira u tħawwad b'mgħarfa kbira. Għaqqadha flimkien b’idejk u fforma għaġina. Jekk hemm bżonn, żid ftit ilma mgħarfa mgħarfa ħalli ma tifqax l-għaġina.

    Kebbeb l-għaġina fil-cling film u poġġiha fil-friġġ.

    Għall-mili, fuq nar baxx poġġi borma bi ftit żejt taż-żebbuġa. Sajjar il-basla, ħawwad u żid il-patata, iz-zunnarija u l-karfus. Żid l-istokk u ġibu jagħli. Baxxi n-nar u sajjar għal nofs siegħa. Żid l-ingredjenti l-oħra minbarra l-mascarpone. Baxxi n-nar u ħalli l-borma ttektek għal ħames minuti. Neħħi minn fuq in-nar u żid il-mascarpone. Ħawwad.

    Poġġi l-mili ġo dixx kbir tal-forn jew qassmu ġo reċipjenti żgħar individwali. Iftaħ l-għaġina fuq wiċċ nadif imferrex ħafif bid-dqiq. Iftaħ l-għaġina u poġġiha fuq il-mili.

    Agħmel it-truf puliti u uża pinzell biex tidlek l-għaġina bi ftit bajd imħabbat. Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 160 ?C għal 40 minuta.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook