Tfajla tieħu l-karozza ta' missierha u tibqa' dieħla fi tnejn

  • Mej 30, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews

    Tfajla ta’ 26 sena ġiet ordnata tagħti €27,701 lil kumpanija tal-assigurazzjoni wara li nżammet responsabbli għal inċident tat-traffiku li fih ħadet il-karozza ta’ missierha bil-moħbi tiegħu u baqgħet dieħla f’żewġ karozzi pparkjati.

    Gasan Mamo Insurance Limited fetħet il-kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra Samantha Zammit u l-ġenituri tagħha, Felix u Carmela Zammit mill-Qrendi.

    L-inċident kien seħħ fit-22 ta’ Ġunju 2009, għall-ħabta tat-3.00pm, fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa meta t-tfajla, li dak iż-żmien kellha 19-il sena, baqgħet dieħla bil-Ford Escort ta’ missierha f’Volkswagen u Toyota.

    Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ammettiet mal-Pulizija li kienet ħadet il-vettura ta’ missierha u tilfet il-kontroll. Hija ammettiet ukoll li ma kellhiex liċenzja tas-sewqan.

    Missierha kkonferma li dakinhar tal-inċident huwa kien xogħol u sar jaf bl-inċident mill-Pulizija. Huwa qal li ma tahiex permess tieħu l-vettura u ma kienx jaf li hija ssuq, għalkemm ma eskludiex li forsi kien qed jgħallimha l-għarus.

    It-tfajla xehdet ukoll fil-kawża fejn reġgħet ammettiet li ħadet il-karozza mingħajr ma missierha kien jaf, u sostniet li dak iż-żmien kienet għadha qed titgħallem issuq.

    L-Imħallef Joseph Zammit McKeon irrimarka li f’dan il-każ il-ġenituri tat-tfajla ma setgħux jinżammu responsabbli għax kienet binthom li ħadet iċ-ċavetta mingħajr ma kienu jafu.

    Huwa ta l-ħtija kollu lit-tfajla u ordnalha biex tħallas lill-kumpanija li magħha huwa inxurjat missierha s-somma ta’ €27,701.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook