Malta tisboq sew lil pajjiżi oħra fl-ekonomija u l-governanza

  • Mej 25, 2016 10:50
  • Miktub minn iNews
"

    Skont l-aġenzija Moody’s, wara li fl-2015 l-ekonomija Maltija qabżet sewwa l-aspettativi, din is-sena xorta ser ikun hemm tkabbir qawwi ta’ madwar 4% li huwa ferm ogħla mill-medja Ewropea u li ser ikun jirrifletti żieda oħra fid-domanda domestika u fl-investiment.

    B'reazzjoni għal dan, il-Gvern qal fi stqarrija li filwaqt li l-Oppożizzjoni ssostni li hawn għafsa fil-pagi u li l-familji qegħdin f’qagħda ħażina, l-analisti tal-Moody’s jgħidu li, “Since 2014 private consumption has benefitted from a range of factors such as income tax cuts, lower oil prices and reduced electricity tariffs, low unemployment and associated wage increases." Il-Moody’s tinnota wkoll kemm żdied l-investiment, kemm fil-qasam tal-enerġija, fil-kostruzzjoni, kif ukoll permezz ta’ użu aħjar ta’ fondi Ewropej.

    Il-Gvern żied jgħid li l-kuntrast qawwi man-negattività tal-Oppożizzjoni joħroġ anke fl-analiżi tal-Moody’s fuq il-governanza f’pajjiżna. L-esperti tal-aġenzija internazzjonali jgħidu li, “Malta’s very high institutional strength assessment is underpinned by the country’s very favourable scores on the Worldwide Governance Indicators as well as by its robust policy framework." Skont il-Moody’s, fl-oqsma ta’ “government effectiveness, rule of law and control of corruption”, Malta  hija “above the median for Moody’s A-rated sovereigns and significantly above its rating peers”. 

    Sar progress sinifikanti fl-oqsma tal-enerġija u tas-suq tax-xogħol. Tant li l-Moody’s tgħid li r-riformi li seħħew waslu biex l-Enemalta rnexxielha tagħmel profitt fl-2015 wara diversi snin, u filwaqt li ħallset parti mid-diversi djun li kellha, xorta żiedet il-likwidità tagħha b’sitt darbiet f’kuntest ta’ roħs fit-tariffi li poġġa €80 miljun fil-bwiet tal-familji u negozji. 

    Ir-rapport tal-Moody’s jinnota li, permezz tat-tnaqqis fid-deficit fiskali, sal-2017 l-piż tad-dejn nazzjonali ser jonqos taħt is-60% tal-ġid nazzjonali, wara li kien anke laħaq 70% fl-2011.

    L-esperti tal-Moody’s jirrimarkaw ukoll fuq is-suċċess tal-Gvern fil-qasam tas-servizzi soċjali, fejn il-miżuri li ttieħdu waslu biex elfejn żagħżugħ u żagħżugħa m’għadhomx fuq il-benefiċċji. Ir-rapport jilqa’ wkoll ir-riforma fil-pensjonijiet, kemm il-miżuri li jtejbu l-qagħda ta’ tnax-il elf pensjonant preżenti kif ukoll il-miżuri biex is-sistema tibqa’ sostenibbli.

    Il-Gvern qal li dan huwa ċertifikat ieħor pożittiv dwar l-ekonomija u l-governanza li għandha Malta. Il-Gvern jemmen li l-fiduċja li qed juru l-esperti internazzjonali fil-pjani tal-Gvern se tattira aktar interess fost investituri barranin u twassal għal titjib akbar fl-ekonomija tagħna.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0