Jibda l-proċess għal task force dwar in-nuqqas t'għalliema

  • Mej 24, 2016 00:00
  • Miktub minn iNews

    Beda l-proċess biex titwaqqaf task force li tinvestiga l-kawża ta' nuqqas kbir ta' persuni li qed jidħlu għall-professjoni t'għalliem u ssib rimedji. 

    Dan ikkonfermah ma' inewsmalta.com il-President tal-Unjin tal-Għalliema (MUT), Kevin Bonello, wara li lbieraħ dan l-istess portal irrapporta li l-MUT talbet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għal task force li tindirizza l-kwistjoni. 

    Il-Fakultà tal-Edukazzjoi fl-Università ta' Malta mistennija li tkun involuta fit-task force. 

    Il-problema ta' nuqqas t'għalliema mhix ġdida iżda jidher li l-previżjonijiet tan-numru ta' persuni li se jidħlu għal kors t'għalliem qajmu tħassib kbir. Fis-sentejn li ġejjin in-numru mistenni li jkun bejn 6 u 13 biss. 

    Dan filwaqt li ta' kull sena jintilfu madwar 120 għalliem mill-klassi, bejn dawk li jiritiraw u oħrajn li jiġu promossi. 

    L-akbar problema tidher fit-tagħlim tal-Ingliż fil-livell sekondarju. Filwaqt li hemm bżonn ta' bejn 30 u 40 għalliem ġdid, jidher li fil-ħames snin li ġejjin mhux se jkun hemm iżjed minn 4 ġodda. 

    F'ċerti skejjel tal-Istat il-vojt kellu jimtela' b'supply teachers li mhumiex kwalifikati biżejjed, iżda lanqas supply teachers mhemm biżżejjed. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook