L-istatwa ta' Kristu Re toħroġ għall-aħħar darba mill-Każin De Paule f'Raħal Ġdid

  • Mej 23, 2016 00:13
  • Miktub minn Charlo Lautier

    Ilbieraħ l-istatwa ta' Kristu Re li kienet tpoġġiet fil-Każin De Paule ta' Raħal Ġdid ħarġet għall-aħħar darba biex b'hekk f'Lulju li ġej tidħol fil-Knisja ta' Kristu Re biex tiġi meqjusa bħala l-Vara titulari minflok dik li hemm illum. 

    Meta kkuntatjat minn inewsmalta.com is-Segretarju tal-Każin De Paule, Gordon Dalli spjegalna li l-istatwa ttieħdet għand l-istatwarju biex isirulha l-aħħar irtokki qabel ma tidħol fil-Knisja maestuża ta' Kristu Re.

    Dan seħħ wara li ftit tal-ġimgħat ilu ntlaħaq qbil wara li ġew milqugħa l-proposti mressqa quddiem il-Kurja. Liema proposti kienu jgħid li, l-Għaqda Soċjali Kristu Sultan tkun rikonoxxuta bħala Għaqda Mużikali u li l-istatwa ta' Kristu Re tal-Każin De Paule issir l-istatwa titulari. 

    L-istorja teħodna lura fis-sena 1998, meta l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi ħadem statwa  ta' Kristu Re bl-injam. Minkejja dan l-isforz, il-Kappillan Dun Ġorġ Deguara saħaq li jkun aħjar li kieku din l-istatwa ma tintużax u fi ftit xhur inġiebet statwa oħra li qanqlet rabja fost il-Pawlisti. L-istatwa li ħadem Camilleri Cauchi tpoġġiet fil-każin De Paule.

    Din l-istatwa li l-maġġoranza tal-Pawlisti kienu jaraw aktar rappreżentattiva tax-xbieha ta' Kristu Re ġiet indurata fl-2003 minn Horace Farrugia. Fi kliem il-Kappillan, l-istatwa li nġiebet mill-Kappillan ma kinitx milqugħa min-nies. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook