Imbassra żieda fl-iskarsezza t'għalliema

  • Mej 23, 2016 00:13
  • Miktub minn Jake Azzopardi

    Fil-futur qrib se jkun qed jiggrava n-nuqqas ta' persuni li jidħlu fil-professjoni t'għalliem, nuqqas li ilu jinħass għal dawn l-aħħar snin. Jidher li l-akbar problema tinsab fil-livell tal-primarja. 

    Qed ikun imbassar li fis-sentejn li ġejjin id-defiċit ta’ għalliema jaf ilaħħaq il-107 għalliema. Dan hekk kif in-numru ta' persuni li jidħlu għall-kors t'għalliem huwa previst li jkun bejn 6 u 13. Dan filwaqt li ta' kull sena qed jintilfu madwar 120 għalliem mill-klassi, bejn dawk li jiritiraw u oħrajn li jiġu promossi. 

    Għal dawn ir-raġunijiet, l-Unjin tal-Għalliema (MUT) qed titlob lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex titwaqqaf task force li tinvestiga l-kawża tal-problema filwaqt li ssib rimedji. Il-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta hija wkoll imsejħa biex tikkontribwixxi f'din it-task force. 

    Ir-raġunijiet wara dan in-nuqqas huma ċari f'għajnejn il-President tal-MUT, Kevin Bonello. Huwa qal lil inewsmalta.com li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema, mir-rati tal-paga sar-responsabbiltajiet imposti fuqhom, ma jħeġġux persuni jidħlu fil-professjoni. Ma' dawn żied ir-responsabbiltajiet u r-riskji legali li dejjem qed jiżdiedu. 

    Bonello rrefera għal ilment li ta' sikwit jitqajjem mill-għalliema dwar nuqqas t'appoġġ mill-amministrazzjoni tal-iskola, l-awtoritajiet governattivi u tal-Knisja, f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-għalliem u ġenitur. 

    Kriżi t'għalliema tal-Ingliż

    L-akbar nuqqas qed jinħass fl-għalliema tal-Ingliż fil-livell sekondarju. Fil-fatt il-previżjoinjiet juru li fil-ħames snin li ġejjin se jkunu erbgħa l-għalliema ġodda li jibdew jgħallmu l-Ingliż fis-sekondarja. Dan meta hemm bżonn tal-inqas bejn 30 u 40 għalliem. 

    Is-soluzzjoni li nstabet s'issa f'diversi skejjel kienet li l-postijiet vakanti jimtlew b'supply teachers li mhumiex kwalifikati biżżejjed. 

    F'ċerti skejjel tal-Istat, iżda, lanqas supply teachers m'hemm biżżejjed. Sitwazzjoni li wasslet biex kellhom jissejħu lura impjegati li kienu qegħdin fuq liv mingħajr ħlas. 

    Aċċess għall-għalliem bla limitu

    Is-sensazzjoni ġenerali fost diversi għalliema madwar l-Ewropa hija ta' nuqqas ta' protezzjoni u għalhekk jinħtieġu miżuri li jissalvaggwardjaw aħjar l-interessi tal-għalliem. 

    Hekk qal lil inewsmalta.com, Martin Romer, id-Direttur tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdunjins tal-Edukazzjoni (ETUCE), li fisser kif mhuwiex aċċettabbli li m'għadx hemm limitu għall-aċċess għall-għalliem. 

    "L-għalliema bħal professjonisti oħra jeħtieġu l-integrità tal-ħajja privata tagħhom. Ninnutaw tendenza fejn l-għalliem qed ikun avviċinat b'ħafna modi li ma konniex naraw qabel, l-aktar fuq il-midja soċjali, iżda saħansitra fil-klassi waqt il-lezzjonijiet."

    Dan, skont Romer, qed iħalli effett kbir fuq in-numru ta' persuni li jkunu attirati lejn il-professjoni. 

    B'rabta mal-avviż legali li mistenni jiġi ppreżentat lill-Kabinett it-Tlieta, u li fost oħrajn se jkun qed jirrikjedi li l-għalliema jkollhom kondotta penali nadifa u li jiddikjaraw kwalunkwe proċeduri kriminali li jkunu qed jiffaċċjaw, il-President tal-MUT, Kevin Bonello, sostna li kwalunkwe tibdil leġiżlattiv jagħti lok li persuni jibqgħu jitħajru jidħlu fil-professjoni għax l-istatistiċi qed jindikaw kriżi. 

    “Il-leġiżlazzjoni trid tkun waħda li tippermetti klima ta' fiduċja u protezzjoni bejn u għal kulħadd,” qal Bonello. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0