Kasco Ltd għenet lill-Allied Group u mhux lill-Partit Laburista

  • Mej 22, 2016 10:12
  • Miktub minn iNews
"

    F'artiklu ppubblikat illum, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, ċaħad l-insinwazzjonijiet kontinwi, primarjament mit-Times of Malta, li huwa ffinanzja l-kampanja politika tal-Partit Laburista fl-2013. Huwa qal li t-Times jafu sew il-kumpanija tiegħu lil min sellfet. Huma jafu li l-Progress Press, sussidjarja ta’ Allied Group - il-pubblikaturi tat-Times - kienet megħjuna minn Kasco Limited.

    Il-kumpanija ta’ Keith Schembri, Kasco Limited, assistiet lil Progress Press u Allied Newspapers biex ilaħħqu ma’ pagamenti dovuti. Kasco għad trid tiġbor ammont konsiderevoli mingħand Allied Group, intqal fl-artiklu.

    Schembri żied jgħid li minkejja li t-Times jistaqsuh bosta domandi, huma jagħżlu li ma jirrappurtawx it-tweġibiet tiegħu. "Aħseb u ara kemm ikunu ġusti fir-rapportaġġ tagħhom," qal Schembri.

    Huwa saħaq li din hija sitwazzjoni bla preċedent, fejn attivitajiet leġittimi ta’ kumpanija jkunu rapportati fil-midja mimlija sensazzjonaliżmu. Schembri ċċara li ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li jiddiskuti l-attivitajiet u l-istrateġiji tat-tmexxija tal-kumpanija tiegħu. 

    Keith Schembri qal li t-telf irrapportat minn Kasco Holdings bejn l-2012 u l-2014 ġej minn żewġ fatturi. L-ewwel fattur huwa t-tnaqqis fid-domanda għall-esportazzjoni tal-karti u inqas profitt minn dan. It-tieni fattur huwa l-fatt li l-grupp kellu jassorbi t-telf ta’ waħda mill-kumpaniji fi ħdanu, kif jiġri f’kull negozju, u kif jistgħu jivverifikaw l-accounts.

    Kasco Paper irreġistrat profitt, waqt li t-turnover annwali tal-grupp jaqbeż l-€10 miljun. Dawk li qed jirrapportaw mod ieħor qed jipprovaw jagħmlu strateġija politika fuq in-negozju tiegħu, jgħid Schembri.

    Huwa spjega li n-negozju tiegħu beda minn stamperija żgħira u grazzi għall-impenn, Kasco llum iddiversifikat u hi kumpanija mill-aktar li sejrin tajjeb fis-settur. Jekk dan huwa att kriminali għal Simon Busuttil, mela dan il-pajjiż għandu żminijiet iebsa quddiemu, qal Schembri.

    Sostna li l-istrateġija tal-Partit Nazzjonlista hija bbażata fuq l-assassinju tal-karattru u l-ħolqien ta’ instabilità. Huwa kompla jgħid li d-deċiżjoni li jsir chief of staff tal-Prim Ministru swietu ħafna, kemm għall-familtu u anke għan-negozju. Hu iżda xtaq iservi lil dan il-Gvern u jaf li hu suġġett għall-iskrutinju pubbliku. Dan ta lok lil min joqgħod jispekula, għad-detriment tal-pajjiż.

    Schembri qal li dan ma jtappanx il-fatt li l-Gvern qed iġib riżultati ekonomiċi li qed iħallu differenza fid-djar u fin-negozji.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0