Pastini taċ-ċikkulata u ċ-ċirasa

  • Mej 22, 2016 00:13
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    100g mascarpone

    1/2 kuċċarina bikarbonat

    4 mgħaref stevia

    2 bajdiet

    150g dqiq self-raising

    2 mgħaref kokodina

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku

    ftit qtar vanilla

    6 ċirasiet friski

    Għall-wiċċ (jekk trid):

    80g mascarpone

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    200g icing sugar

    12-il ċirasa

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 170 grad Celcius. Ipprepara 12-il papercase ġo landa tal-muffins.

    Għarbel id-dqiq u l-kokodina darbtejn. Neħħi l-għadam taċ-ċirasa u aqsamhom f'erbgħa. Ħallathom mad-dqiq. Ħabbat flimkien il-bajd, il-mascarpone, il-ħall tat-tuffieħ organiku u l-vanilla, sakemm it- taħlita tiġi lixxa.

    Uża mgħarfa kbira tal-metall biex ġentilment tħawwad it-taħlita tal-bajd mat-taħlita tad-dqiq. Ferra' t-taħlita fil-papercases. Aħmi fil-forn għal 25 minuta. Ħallihom jiksħu qabel ma żżejjen.

    Għall-wiċċ, ħallat l-ingredjenti kollha flimkien. Poġġi t-taħlita fil-friġġ għal nofs siegħa. Idlek il-wiċċ tal-pastini bit-taħlita u żejjen biċ-ċirasa.

    Minflok, tista' tidlek l-uċuħ tal-pastini bi ftit għasel jew agave waqt li jkunu ghadhom sħan u żżejjen il-wiċċ b'ċirasa. 

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0