19:16 L-EgyptAir illejla kkonfermat li nstabu l-fdalijiet tal-ajruplan li dal-lejl għasfor minn fuq ir-radar. L-ajruplan instab qrib il-gżira ta' Karpathos, fejn kien maħsub li kkraxxja. Il-qraba tal-persuni abbord l-ajruplan ġew infurmati. Uffiċjali tal-avjazzjoni Eġizzjani qalu li l-ajruplan aktarx twaqqa' mit-terroristi u ma kkraxxjax minħabba ħsara teknika.
14:30: Sar magħruf li qabel ma għeb, l-ajruplan biddel id-direzzjoni f'salt, l-ewwel lejn ix-xellug u mbagħad lejn il-lemin. Wara l-ajruplan niżel minn għoli ta' 38,000 pied għal għoli ta' 15,000 pied u ftit wara għeb minn fuq ir-radar.
10:37: Hu maħsub li l-ajruplan ikkraxxja fil-baħar qrib il-gżira Griega ta' Karpathos għall-ħabta tas-1.30am, iżda dan għadu ma ġiex ikkonfermat. Hu mifhum ukoll li l-ajruplan ma bagħat l-ebda sinjal li kellu problemi qabel ma għeb minn fuq ir-radar.
Il-passiġġieri abbord kienu l-aktar Eġizzjani u Franċiżi iżda kien hemm ukoll passiġġieri mill-Iraq, l-Ingilterra, il-Kanada, il-Belġju, il-Kuwajt, L-Arabja Sawdija, l-Alġerija, is-Sudan, iċ-Ċad u l-Portugall.
Aktar qabel: Ajruplan tal-EgyptAir b'59 passiġġier abbord u għaxar membri tal-ekwipaġġ għeb minn fuq ir-radar dallejl, ftit wara li daħal fl-ispazju tal-ajru Eġizzjan waqt li kien qed itir fuq il-Baħar Mediterran.
L-ajruplan Airbus A320 kien fuq titjira li telqet minn Pariġi fil-11.09 tal-bieraħ filgħaxija fi triqtha lejn il-Kajr. Meta għeb minn fuq ir-radar, kien qed itir f'għoli ta' 11,280 metru.
Bħalissa qed issir tfittxija għall-ajruplan filwaqt li qed jinġabar it-tagħrif tekniku kollu possibbli dwar il-kundizzjoni tiegħu.
L-aħħar darba li ajruplan tal-EgyptAir kien involut f'inċident fatali kien f'Mejju tal-2002, meta Boeing 737 ħabat ma' għolja hu u nieżel f'ajruport fit-Tuneżija. F'Marzu li għadda, ajruplan tal-istess kumpanija nħataf u kien sfurzat jinżel Ċipru iżda l-każ intemm b'wiċċ il-ġid.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.