Multi sostanzjali għal abbuż mill-badge il-blu' reat kriminali għal parkeġġ f'post riservat

  • Mej 18, 2016 20:53
  • Miktub minn Victor Vella

    F'sitwazzjoni fejn f'pajjiżna l-karozzi dejjem qed ikomplu jiżdiedu, tista' tgħid li tmur fejn tmur issib ma' wiċċek il-problema tal-parkeġġ. Persuni b'diżabilità, il-problema tal-parkeġġ hi ferm akbar għalihom. Dan għax spiss isibu li parkeġġi riservati għalihom jittieħdu minn persuni li m'għandhom il-badge il-blu.

    Mill-banda l-oħra hu fatt magħruf li f'pajjiżna hawn ukoll abbuż milnn din il-badge, b'mod partikolari minn familjari jew qraba ta' persuni b'diżabilità. Quddiem dan, permezz ta' abbozz ta' liġi li qed ikun diskuss fil-Parlament, se jkun hemm multi sostanzjali għal min jabbuża mill-badge il-blu. Mill-banda l-oħra dawk li jipparkjaw f'parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità, jekk jinqabdu se jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom.

    Il-Ministru Michael Farrugia f'intervent fil-Parlament iddikjara li min jieħu parkeġġ riservat għal persuna b'diżabilita jkun qed jieħu dritt lil dik il-persuna.

    L-abbozz ta' liġi qed jiddefinixxi b'mod ċar x'jikkostitwixxi abbuż minn badge blu. Dawn huma kull persuna li tuża badge blu li m’għadhiex aktar valida jew tuża badge blu ta’ detentur li miet. Min ma jagħtix lura l-badge blu lill-uffiċjal awtorizzat mal-mewt tad-detentur jew meta ma tkunx id-detentur u tagħmel użu mhux xieraq tal-badge blu mingħajr l-għarfien jew permess tad-detentur ukoll qed jitqies bħala abbuż. Min bi kwalunkwe mod ibagħbas, jikkopja, jiffalsifika jew jibdel badge blu jew jisraq, jagħti, jixtri jew ibigħ badge blu li hija valida, skaduta jew ikkuppjata ukoll jitqies bħal abbuż.

    Kull persuna li twettaq reat simili għandha, meta tinstab ħatja, teħel multa ta’ mhux anqas minn €230 u mhux aktar minn €500. Dan flimkien mal-irmonk tal-vettura.

    Meta tinstab ħatja għal reat sussegwenti, il-persuna teħel multa ta’ mhux anqas minn €1000 u mhux aktar minn €1500 flimkien mal-irmonk tal-vettura.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook