Insalata Asjatika tal-ħjar

  • Mej 18, 2016 00:35
  • Miktub minn iNews
"

    Ingredjenti:

    2 ħjariet, maħsulin u mqattgħin bil-qoxra b'kollox

    niskata melħ

    mgħarfa ġulġlien (poġġih ġo taġen jaħraq biex tinkaljah ftit)

    kwart ta' basla bajda mqattgħa rqiq

    Dressing:

    2 mgħaref ħall tat-tuffieħ organiku

    mgħarfa soy sauce

    mgħarfa meraq tal-ixkomp

    2 kuċċarini żejt tal-ġulġlien

    ponta ta' kuċċarina tewm frisk imqatta'

    nofs kuċċarina ginger frisk

    bżar

    3 mgħaref ilma taċ-ċiċri

    1/3 ta' kuċċarina stevia

    Metodu:

    Poġġi l-ħjar imqatta' f'passatur u żid ftit melħ. Ħallih joqgħod għal 10 minuti u wara poġġih fuq sarvetta tal-karti biex din tassorbi l-ilma.

    Poġġi l-ingredjenti tad-dressing ġo bieqja u uża hand blender biex tagħmel taħlita lixxa bihom. It-taħlita tiġi kremuża ħafna permezz tal-ilma taċ-ċiċri.

    Irranġa l-ħjar fuq platt. Ferrex il-basla mqattgħa rqiq. Ferra' d-dressing u fil-wiċċ ferrex il-ġulġlien.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0