'Għandha tkun imħarsa s-sovranità tal-istati membri tal-UE fit-tassazzjoni'

  • Mej 17, 2016 00:24
  • Miktub minn iNews

    Is-sovranità tal-istati membri fil-ġbir tat-taxxi f’pajjiżhom għandha tkun imħarsa, speċjalment għall-ekonomiji ż-żgħar u ż-żoni li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant, fi Strażburgu meta għamel spjega tal-vot tiegħu dwar riżoluzzjoni dwar kontrolli ġodda fuq l-evażjoni tat-taxxa.

    Dr Sant qal li wara l-iskandli tal-‘Luxleaks’ u tal-karti tal-Panama, għandhom jittieħdu miżuri dejjem aktar qawwija li jiżguraw trasparenza kif jiġu trasferiti l-fondi u kif jitħallsu t-taxxi. Żied jgħid li l-miżuri tal-Kummissjoni Ewropea għal aktar trasparenza ma għandhomx iservu ta’ skuża biex jiġu stradikati s-servizzi finanzjarji jew biex il-pajjiżi tal-UE jkollhom idaħħlu l-istess strutturi ta’ taxxi.

    “Dawn il-miżuri m’għandhomx iwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxi jew biex titnaqqas is-sovranità tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fil-mod kif jorganizzaw is-sistemi tat-tassazzjoni skont il-bżonnijiet tagħhom. Dawn l-inħawi diġża raw il-flessibilità tagħhom titnaqqar tul iż-żmien minħabba regoli ta’ ‘one-size-fits-all’ maħduma fuq bażi kontinentali," qal Dr Sant.

    Huwa kompla jgħid li l-flessibilità fl-organizzazzjoni tat-tassazzjoni hija kruċjali għall-ekonomiji ż-żgħar u ż-żoni li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa. Saħaq li jappoġġja kull miżura tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li tassigura t-trasparenza.

    “Miżuri ta’ dan it-tip iridu jirrispettaw il-ħtieġa li l-industrija tas-servizzi teħtieġ l-ispazju biex tkun tista’ taħdem sew. Il-miżuri jridu jirrispettaw ukoll il-ħtieġa li l-korporazzjonijiet Ewropej iridu jikkompetu fi swieq globali kontra parteċipanti li mhux jilagħbu bir-regoli tal-UE. Jien ċert li sistemi b’saħħithom kontra l-evażjoni tat-taxxa, ippjanar aggressiv fit-tassazzjoni, ħasil ta’ flus u oqsma relatati oħra jistgħu jitwaqqfu fuq bażi Ewropea, u anki globalment. Fl-istess ħin jistgħu jirrispettaw dawn il-prinċipji,” spjega l-Ewroparlamentari Malti.

    Dr Sant ivvota favur ir-riżoluzzjoni, li għaddiet b’567 vot favur, 30 kontra u 53 astenzjoni. Dr Sant astjena fuq ir-referenza ta’ ‘rapportaġġ pubbliku għal kull pajjiż’. Ivvota kontra referenzi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iskop tad-direttiva għal kumpaniji li għandhom profitti ta’ €40 miljun minn dik stabbilita ta’ €750 miljun.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0