Ingredjenti:
ħassa sħiħa
50g strixxi tal-pancetta jew bejken
50g pancetta mqattgħa dadi żgħar
mgħarfa żejt taż-żebbuġa
nofs basla mqattgħa
zunnarija ta' daqs medju, imqaxxra u mqattgħa dadi
1/2 kikkra stokk
melħ u bżar
Metodu:
Lesti borma bil-misħun jagħli. Poġġi l-ħassa sħiħa ġol-misħun għal żewġ minuti. Saffi l-ilma sew u ferra' ftit ilma kiesaħ fuq il-ħassa.
Aqsam il-ħassa f'erbgħa biċċiet. Rembel kull biċċa fl-istrixxi tal-pancetta u agħlaq b'toothpick.
Ġo taġen aqli l-basla ġo ftit żejt taż-żebbuġa. Żid il-pancetta mqattgħa dadi kif ukoll iz-zunnarija. Żid l-istokk. Ħalli t-taħlita tagħli, imbagħad żid il-ħass imkebbeb fil-pancetta. Baxxi n-nar u sajjar għal għaxar minuti. Żid ftit melħ u bżar jekk trid. Itfi n-nar u poġġi l-ħass ġo dixx biex isservi fuq il-mejda. Ferra' fuqu l-istokk u l-pancetta li baqa' fit-taġen.
Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.