Wara baraxx ta' lmenti... japplikaw biex jissanzjonaw tabella ma' faċċata Barokka

  • Mej 16, 2016 00:44
  • Miktub minn iNews

    L-ilmenti li kienu qed jitqajmu dwar kif faċċata ta' dar Barokka fil-pjazza tal-Qrendi kienet sfreġjata minn tabella kbira f'nofs l-istess faċċata, liema tabella turi l-arma tal-Partit Nazzjonalista, wasslu biex il-Partit Nazzjonalista jiċċaqlaq.

    Waqt li kien sigriet magħruf li ma kienx hemm applikazzjonijiet u wisq anqas permessi għal dik it-tabella, fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA) daħlet applikazzjoni mill-istess Partit Nazzjonalista biex tkun sanzjonata l-istess tabella.

    inewsmalta.com xandar rapport li fih tqajjem il-punt ta' kif din il-faċċata Barokka qed titlef mis-sbuħija tagħha kawża ta' dik it-tabella. inewsmalta kiteb lill-Awtorità tal-Ippjanar dwar x'azzjoni se tittieħed fuq din it-tabella. Min-naħa tagħha, l-Awtorità qaltilna li, "L-Awtorità tista tikkonferma li rċeviet applikazzjoni, li għadha fil-bidu tal-proċess tagħha, mingħand il-Partit Nazzjonalista fuq din il-proprjetà u din l-applikazzjoni tinkludi s-ssanzjonar ta' din it-tabella."

    Il-binja Barokk tinsab fil-pjazza ewlenija tal-Qrendi u hi mżejna bl-istatwi ta' San Ġwann Battista, San Mattew, il-Madonna, Sant' Anna u San Ġwakkin. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0