Żagħżugħ isofri ġrieħi ħfief waqt hold-up fil-Ħamrun

  • Mej 14, 2016 00:19
  • Miktub minn iNews
"

    Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet serqa fistabiliment tal-logħob fi Triq Dun Nerik Cordina Perez, il-Ħamrun.

    Il-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit marru minnufih fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ persuni mgħammda u libsin hoodie kienu daħlu fl-istabiliment u wara li aggredew lill-impjegat, talbuh jagħtihom il-flus.

    Jidher li ż-żewġ ħallelin kienu armati b’arma tan-nar u sikkina u rnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post b’ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.

    Waqt li kienet qed isseħħ is-serqa fil-ħanut kien hemm ukoll xi klijenti, li b'xorti tajba ħadd minnhom ma weġġa’. L-impjegat, li għandu dsatax-il sena, sofra ġrieħi ħfief.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Vella LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0