'Minn Amministrazzjoni Pubblika truxa għal waħda li tisma' u taġixxi'

  • Mej 08, 2016 00:47
  • Miktub minn Massimo Axisa

    "Taħt din l-amministrazzjoni ċivili kulħadd huwa kontabbli ta' għemilu. Kif l-Awditur Ġenerali huwa fid-dmir li jiġbed l-attenzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika meta tkun qed tonqos, hu d-dmir tal-istess amministrazzjoni li tisma' u taġixxi." 

    Dan qalu s-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar, f'intervista fejn saħaq li din l-amministrazzjoni, b'differenza minn dik ta' qabilha, qed tagħti kas ir-rapporti li jidħlu u, fejn hemm lok, tara li jiġu implimentati. Cutajar saħaq li l-amministrazzjoni preċedenti kienu jidħlulha mijiet ta' rapporti ta' rakkomandazzjonijiet, u kollha kienu jintefgħu fuq l-ixkaffa u jintesew. 

    Fil-fatt, taħt din l-amministrazzjoni, minn total ta' 259 rakkomandazzjoni ntlaqgħu 241. Il-maġġoranza tar-rikomandazzjonijiet milqugħa kienu jittrattaw regolamenti ta' Public Procurement, kif ukoll diversi policies ta' finanzi. Ġie implimentat ukoll iċ-'cheques and balances' u s-'segregation of duties' biex ikun assigurat il-'four eyes principle'.

    Il-Kap taċ-Ċivil qal li kien hemm rakkomandazzjonijiet oħra li ma ġewx aċċettati, u dan minħabba żewġ raġunjiet. Jista' jkun li jew ir-rakkomandazzjoni ma tkunx taqa' taħt il-kompetenza tal-Ministeru, jew inkella tkun qed tmur kontra l-policy stabbilita fis-Servizz Pubbliku. Saħaq iżda li r-rakkomandazzjonijiet l-oħra ġew aċċettati, u ġew aċċettati fit-totalità tagħhom. Ġew aċċettati b'responsabilità, u ġew implimentati b'responsabilità.

    Cutajar tkellem ukoll fuq it-tneħħija tal-burokrazija u fuq il-fatt li mhux qed jiddaħħlu miżuri li mbagħad jitħallew jintelqu għal riħhom. 

    Il-Kap taċ-Ċivil spjega li l-proċess biex id-Dipartimenti tal-Gvern saħħew il-governanza tajba u t-trasparenza ma ġiex mix-xejn, iżda dan ir-riżultat wasal sforz ħidma sfiqa. L-ewwel pass kien li nġabru r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Awditur Ġenerali u ġie analizzat x'jista' jinbidel. Kull fejn dan sab xi nuqqas, id-dipartiment jew entità konċernata ħa azzjoni bl-għan li tissaħħaħ il-governanza u jiġu eliminati r-riskji għall-kontabilità u t-trasparenza.

    Kull Ministeru mbagħad kellu jelenka x'azzjoni ttieħdet għal kull rakkomandazzjoni li saret, u f'każijiet fejn ma ttieħdet l-ebda azzjoni il-Ministeri kkonċernati kkommettew lilhom infushom li jieħdu azzjoni fi żmien stipulat. Barra minn hekk, l-Uffiċju tal-Awditjar Intern tqabbad biex jagħmel il-verifiki neċessarji fil-konfront tal-azzjoni li tkun ittieħdet. 

    Cutajar kompla jirrimarka li din l-amministrazzjoni qiegħda tbiddel il-kultura minn waħda li kienet truxa għal dak li jingħadilha, għal oħra li tisma', tikkoreġi, u turi dak li tagħmel bil-fatti u bil-kitba. Temm billi qal li l-affarjiet qed jinbidlu dejjem għall-aħjar biex jingħata servizz li verament jixraq lin-nies. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0