Żminijietna tappella għal leġiżlazzjoni kontra l-prekarjat

  • Apr 30, 2016 11:34
  • Miktub minn iNews

    Żminijietna – Leħen ix-Xellug appellat lill-Parlament biex jibda jiddiskuti l-kwistjoni tax-xogħol prekarju. Din il-problema hija mifruxa fis-suq tax-xogħol u qed taffettwa numru ta’ ħaddiema f’diversi setturi tal-ekonomija, qalet l-għaqda fi stqarrija.

    “Il-leġiżlazzjoni għanda tiddefinixxi b’mod ċar dawk ix-xogħlijiet li fin-natura tagħhom huma prekarji, fejn il-ħaddiem qed jiffaċċja nuqqas ta' sigurtà ta’ impjieg, kundizzjonijiet inferjuri tax-xogħol u pagi baxxi. Impjiegi ta’ natura temporanja, ħaddiema mħaddma fuq bażi temporanja minn aġenziji tax-xogħol u impjieg part-time (biss) għandhom jiġu klassifikati bħala mpjieg prekarju," qalet Żminijietna - Leħen ix-Xellug.

    Żiedet tgħid li l-argument lemini favur flessibilità u mobilizzazzjoni fis-suq tax-xogħol m’għandhomx jitħaddmu askapitu tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Il-ħaddiema għandhom kull dritt għal xogħol deċenti u regolari.

    Fir-rigward ta’ pagi baxxi, Żminijietna qed tinsisti li tiżdied il-paga minima nazzjonali. Jekk din il-miżura tidħol fis-seħħ se taffettwa pożittivament ħaddiema li qegħdin f’riskju li jaqgħu fil-faqar, saħqet Żminijietna filwaqt li qalet li partiti li jikkunsidraw lilhom infushom bħala progressivi għandhom jaħdmu għal dan il-għan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0