'Claudette Buttigieg terġa' tħawwad il-figuri... għadab mill-ħaddiema'

  • Apr 30, 2016 11:32
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru tas-Saħħa qal li f’opinjoni ppubblikata f'ġurnal lokali bl-Ingliż illum, ix-shadow minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg mill-ġdid ħawdet fil-figuri li kkwotat.

    Fl-artiklu tal-lum, Buttigieg ippruvat titfa’ mhux biss dubju dwar iċ-ċifra ta’ kemm saru operazzjonijiet fl-2015 iżda wkoll fuq ir-rapporti dwar il-ħidma tal-isptar, ippubblikati mill-Isptar Mater Dei.

    Dwar l-ammont ta’ operazzjonijiet tal-2015; 52,889, Buttigieg allegat li dawn ġew minfuħa għax magħhom żdiedu n-numri ta’ kemm saru MRIs. Dan huwa assolutament żbaljat u mhux minnu, sostna l-Ministeru għas-Saħħa. Fil-fatt, din hija prova oħra li turi li Buttigieg m’għandhiex idea ta’ dak li jseħħ f’Mater Dei. 

    Matul l-2015 saru total ta’ 52,889 operazzjoni; żieda ta’ 3% fuq l-2014 li diġà kienet sena rekord. Dawn l-operazzjonijiet huma maqsuma f’45,285 operazzjoni ppjanata (elective) u 7,604 operazzjoni ta’ emerġenza. Dawn apparti l-MRIs u l-ultrasounds. Fil-fatt, filwaqt li fl-2008 kienu saru 5,000 MRI, is-sena li għaddiet saru 20,000. Fl-2008 saru 17,000 ultrasound filwaqt li s-sena li għaddiet saru 33,000 ultrasound.

    Il-Ministeru tas-Saħħa qal li bil-kliem u l-insinwazzjonijiet tagħha mingħajr ebda bażi, ix-shadow minister Buttigieg qed tipprova titfa’ dell ikrah fuq professjonisti fl-Isptar Mater Dei. Dan mhu jinżel xejn tajjeb mal-istess impjegati, tant li l-uffiċċju tas-CEO ta’ Mater Dei waslitlu dikjarazzjoni ta’ għadab lejn Buttigieg mill-uffiċjal inkarigata li tikteb ir-rapporti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0