Investiment ta' '5 miljun mill-kumpanija Magro Brothers

  • Apr 30, 2016 00:51
  • Miktub minn iNews
"

    Investiment ta’ €5,000,000 mill-Kumpanija Magro Brothers Group tħabbar waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għamel lil din il-kumpanija.  

    Din is-sena Magro Brothers ser ikunu qed jiċċelebraw il-mitt sena mit-twaqqif tagħhom. Anniversarju li jirrappreżenta pass importanti għall-ekonomija Għawdxija kollha u għall-agrikoltura nazzjonali u setturi kummerċjali peressli l-kumpanija għadha impriża ewlenija fl-industrija tal-agrikoltura Maltija u fil-promozzjoni ta’ prodotti lokali fis-swieq barranin.

    Il-Ministru Refalo ġie mdawwar mal-fabbrika  mid-diretturi, John u Michael Magro. Is-sur John Magro spjega l-operat ta’ din il-kumpanija. Huwa fakkar li kien fis-sena 1916 li Ġanni Magro mix-Xewkija, li huwa n-nannu tiegħu u li kien diġà stabbilit bħala general provision merchant, stabilixxa d-ditta “Magro Brothers” bit-tliet uliedu bħala msieħba. 

    John Magro spjega kif l-1977 kienet il-bidu ta’ ġenerazzjoni ġdida fit-tmexxija tan-negozju ta’ Magro Brothers. Huma malajr immodifikaw l-isem tal-kumpanija biex din tiġi tirrifletti l-partnership kummerċjali ġdida. Fis-19 ta’ Mejju 1977, huma rreġistraw Magro Brothers (Foods) Limited.  Ġie deċiż li jiffukaw fuq in-negozju tal-ibbottiljar u jespandu l-firxa ta’ prodotti tagħhom.

    Fl-2005, kienet miżjuda mal-Grupp kumpanija oħra tal-ipproċessar tal-ikel li tispeċjalizza fi prodotti artiġjanali li jinvokaw il-wirt Malti. Fl-2010, wara riċerka estensiva tas-suq, Magro Brothers iffurmaw kumpanija oħra li tispeċjalizza fl-ipproċessar ta’ prodotti friski tal-ħalib u prodotti agrikoli oħrajn.  

    Fl-2012, Il-Magro Food Village nħoloq fil-post tal-impjant tagħhom fix-Xewkija. Il-Food Village joffri mixja fil-kċejjen ta’ Savina, id-dairy curdling urns u l-impjant tal-ipproċessar tat-tadam. Dan il-Villaġġ mhux biss hu vetrina tal-ikel prodott mill-ħaddiema motivati ħafna ta’ Magro Brothers iżda huwa wkoll gallerija ta’ snajja’ tradizzjonali lokali.

    Il-Ministru Refalo faħħar lill-kumpanija Magro għal dan is-suċċess. Huwa tenna li din il-kumpanija turi kemm l-istint intrapenditorjali tal-familja Magro wassal biex din il-kumpanija tkun ta’ suċċess għal dawn l-aħħar mitt sena.  Huwa stqarr li l-mitt sena mixja ta’ storja tal-intrapriża stabbilità ta’ Magro Brothers ma kinitx vjaġġ faċli – is-suċċess tagħhom kien miksub permezz ta’ sforz, ħiliet, kuraġġ u innovazzjoni.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0