Cereal bars magħmulin id-dar

  • Apr 30, 2016 00:38
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti:

    60g ħafur

    70g coconut mitħun

    20g kokodina

    50g żbib

    mgħarfa agave, għasel jew maple syrup

    kuċċarina kannella

    ftit noċemuskata

    bastun tal-vanilla

    70g żerriegħa tal-ward tax-xemx

    l-abjad ta' 4 bajdiet

    20g ġunġlien

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 170 grad Celcius. Iksi dixx tal-forn ta' 20ċm bil-kartaforn. Għaqqad il-ħafur, il-kokodina, il-cooconut, iż-żbib, il-kannella, in-noċemuskata, il-vanilla, l-għasel, iż-żrieragħ tal-ward tax-xemx u l-abjad tal-bajd flimkien. 

    Ħawwad sew u mbagħad poġġi t-taħlita ġo dixx u agħfasha sakemm tiġi ċatta u ppakkjata.  Ferrex il-ġunġlien fil-wiċċ. Erġa' agħfas. Aħmi għal 10 minuti. Ħalli t-taħlita tiksaħ u mbagħad qattagħha. Perfetti għal-lunch boxes tat-tfal jew għal fuq il-post tax-xogħol.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0