Suspett ta' attakk fuq il-Vatikan mill-Istat Iżlamiku

  • Apr 28, 2016 23:00
  • Miktub minn Daniel Bartolo
"

    Il-Pulizija Taljana ħarġet mandati ta’ arrest għal sitt persuni suspettati li riedu jingħaqdu mal-Istat Iżlamiku. Minn dokumenti tal-Qorti ħareġ li tliet persuni minnhom kienu qed jiddiskutu l-possibbiltà ta' attakk fuq il-Vatikan u l-Ambaxxata Iżraelita f'Ruma.

    Skont il-prosekutur ta' Milan, Maurizio Romanelli, erbgħa mill-persuni suspettati li huma koppja li kienu jgħixu qrib Lago di Como, raġel ta’ 23 sena u mara, li kollha huma Marokkini, ġew arrestati. Romanelli żied jgħid li ż-żewġ persuni l-oħrajn, raġel Marokkin u l-mara tiegħu li hija Taljana telqu mill-Italja sena li għaddiet u marru lejn l-Iraq u s-Sirja u għadhom qed jiġu mfittxijja.

    L-Italja għadha ma għadditx minn xi tip ta’ attakk terroristiku mill-militanti tal-Istat Iżlamiku bħal ma sar fi Franza u l-Belġju, iżda l-awtoritajiet arrestaw numru ta' persuni suspettati ta’ ppjanar ta’ attakk.

    Minn konverżazzjoni telefonika ta’ bejn tlieta mill-persuni suspettati, semmew il-possibbiltà ta' attakk kontra l-Vatikan u l-ambaxxata Iżraeljan fil-kapitali Taljan. Wieħed mill-Marokkini li jingħad li jismu Mohamed Koraichi nstemgħa jgħid li jaħlef li jrid ikun l-ewwel wieħed li jattakka lill-Italja, jaħlef li jrid jattakka lill-Vatikan.

    F’konverżazzjoni separata ma’ persuna oħra suspettata li ġiet arrestata, qal li ried jattakka l-Ambaxxata Iżraelita f'Ruma u għamel kuntatt ma’ persuna oħra Albaniża biex jikseb pistola.

    Romanelli sostna li wieħed mill-Marokkini arrestati hu l-kickboxer famuż u ta’ livell kemm fl-Italja u kif ukoll madwar id-dinja Abderrahim Moutaharrik. Hu kompla jgħid li Ruma tattira l-attenzjoni għaliex hija destinazzjoni għal ħafna pellegrini Kristjani. 


    Ritratt: AFP/Getty Images

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0