Malta trid terġa' sservi fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda

  • Apr 27, 2016 00:57
  • Miktub minn iNews
"

    Malta infurmat lill-pajjiżi membri tal-Ġnus Magħquda li se tkun kandidat biex isservi bħala membru mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda għall-perjodu bejn 2023-2024. 

    Kemm-il darba pajjiżna jirnexxi fil-kandidatura tiegħu, din tkun it-tieni darba li se jservi fuq il-Kunsill tas-Sigurtà. Malta diġà serviet għall-ewwel darba fuq il-Kunsill tas-Sigurtà 40 sena ilu, bejn l-1983 u l-1984 u matul Novembru tal-1983 ippresediet il-laqgħa tal-Kunsill kif ukoll ikkordinat b'suċċess il-konsultazzjonijiet li nżammu dwar it-tisħiħ ta' dan il-Kunsill.

    Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella spjega li l-elezzjonijiet għall-ħames postijiet mhux permanenti fuq il-Kunsill tas-Sigurtà se jsiru fi New York fl-2022 waqt is-77 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. 

    Matul is-sitt snin li fadal għall-elezzjonijiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, permezz tal-Ambaxxaturi u r-Rappreżentanti ta' Malta akkreditati f'pajjiżi barranin, se jkompli għaddej b'ħidma kontinwa u sfiqa biex Malta tikseb is-suċċess li tkun eletta u sservi fuq il-Kunsill. Għal dan il-għan qed jitkomplew il-laqgħat u kuntatti neċessarji kemm fuq livell Ministerjali kif ukoll fuq livell ta' Uffiċjali. 

    Il-Ministru Vella, li kien qed iwieġeb mistoqsija li saritlu fil-Parlament mid-Deputat Anthony Agius Decelis, żied jirrimarka li dawn il-kuntatti diġà ħallew il-frott fejn f'numru ta' każi ntlaħaq ftehim għal appoġġ reċiproku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0